IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA
L-immigrazzjoni illegali fil-Mediterran kienet tema ewlenija ta’ laqgħa bilaterali bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Ban Ki-moon.
Dr. Muscat, akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George Vella, fisser kif il-piż ta’ din l-isfida fuq pajjiżna huwa qawwi ħafna. Saħaq li l-istatus quo m’hijiex għażla aċċettabli u għalhekk Malta qed tinsisti mas-sħab tagħha fl-Unjoni Ewropea għal soluzzjoni ġusta u konkreta. Il-Prim Ministru semma fatturi li jridu jiġu indirizzati, fost oħrajn, is-sehem tas-Somalja u l-fruntieri tal-Libja. Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda qal li jista’ jifhem il-problema ta’ Malta bħala l-ewwel pajjiż li spiss isibu l-immigranti li jitilqu mill-Afrika ta’ Fuq. Fuq kollox, Ban Ki-moon qal li l-Ġnus Magħquda tapprezza r-rwol li tilgħab Malta f’din l-isfida li qed tiffaċċja.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda tkellem dwar is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja fejn, kawża tal-kunflitt li qed jiddomina, diġà mietu 100,000 persuna filwaqt li 7 miljun ruħ kellhom jaħarbu minn fejn kienu. Qal li hemm bżonn ta’ soluzzjoni politika bil-għan li l-affarijiet ma jkomplux sejrin għall-agħar. Il-Prim Ministru esprima l-qbil tiegħu mal-viżjoni tal-Ġnus Magħquda favur deċiżjoni politika u mhux militari.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032