LAQGĦA BILATERALI BEJN MALTA U L-ALĠERIJA FI NEW YORK
Id-delegazzjoni Maltija fi New York, li qed tattendi għat-68 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, kellha laqgħa bilaterali mal-Ministru Alġerin għall-Affarijiet Barranin Ramtane Lamamra.
Iż-żewġ naħat qablu li Malta u l-Alġerija għandhom relazzjoni tajba bejniethom, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jindika r-rieda politika tal-Gvern Malti li din ir-rabta tissaħħaħ u l-Ministru Alġerin għall-Affarijiet Barranin jgħid li pajjiżu se jikkunsidra l-possibilità li titwaqqaf kummissjoni konġunta bejn Malta u l-Alġerija.
Fost l-oqsma diskussa kien hemm it-turiżmu, biż-żewġ naħat jesprimu sodisfazzjon għad-deċiżjoni li jibda jkun hemm titjiriet diretti tal-Air Malta biex tiżdied il-konnettività bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dwar is-settur tal-energija, il-Prim Ministru spjega l-ftehimiet strateġici li għamlet Malta mal-Libja u maċ-Ċina, u qal li anke l-Alġerija tista’ tkun ass importanti għal aktar investiment f'pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032