Left arrow Mur Lura

L-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX GĦANDU JKOMPLI JGĦOLA ‘L FUQ U JSIR TEACHING HOSPITAL

pr2026
Date Icon 24/09/2013

Il-politika ta’ dan il-gvern hija li l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ikun sptar dehen għas-servizz tas-saħħa li jixraqlu l-poplu Għawdxi u jkompli jgħola ‘l fuq biex isir teaching hospital”.

Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa, Dr. Godfrey Farrugia meta l-bieraħ filgħaxija tkellem f’għeluq is-serata “Premju Ħaddiem tas-Sena”, fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Huwa qal li din il-mira tintlaħaq b’dawk kollha nvoluti jaħdmu bħala team wieħed u għalhekk jagħtu l-isbaħ rigal lill-poplu Għawdxi.

Il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Isptar għax-xogħol li jagħmlu u qal li kulħadd huwa mportanti fil-qasam tas-saħħa, miż-żgħir sal-kbir. “Kulħadd għandu l-missjoni tiegħu”, kompla l-Ministru Farruġia.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru għas-Saħħa qal li l-health care professionals għandhom jaraw l-umanita’ ta’ kull pazjent, l-etika bejn il-ħaddiema nfushom u wkoll bejn il-ħaddiem u l-pazjent u b’hekk dawk fil-professjoni verament ikunu “a profession that cares”.

Huwa qal li l-isptar irid jitmexxa b’għaqal, ikun hemm it-trasparenza, tmexxija miftuħa u wkoll kontabilita’.

Dr. Farrugia feraħ kemm lil kull min kien nominat għall-premju ħaddiem tas-sena u wkoll lir-rebbieħa, “Grazzi lil kull wieħed u waħda minnkom, lit-tmexxija tal-Isptar u wkoll lill-Kap Eżekuttiv Dr. Nadine Delicata, tax-xogħol kbir li qed tagħmlu b’mod kollettiv”, temm jgħid il-Ministru Farrugia.

Ir-rebbieħ tal-Premju Ħaddiem tas-Sena huwa Joe Fenech, nursing officer fis-CCU filwaqt li t-team rebbieħ tas-sena huwa l-istaff tar-Residenza Sant’ Anna.

Bħala nominati għall-Ħaddiem tas-Sena, apparti r-rebbieħ kien hemm ukoll Mary Agius, nursing officer short stay ward; Savio Bonnici, aide fis-sala tal-ġeratrija tal-irġiel; Cettina Grech, Psychiatric nurse short stay ward u Joe Vella, nursing aide long stay ward. Iż-żewġ teamijiet l-oħra li wkoll kienu nominati kienu l-istaff tal-kċina u l-Psychiatric Social Work Services.

Għas-serata attendew ukoll l-Onor. Dr. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex; l-Onor. Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Persuni b’diżabilità, l-Onor. Justyne Caruana, mistednin distinti u l-impjegati tal-Isptar.

Is-serata kienet waħda mżewqa b’talent Għawdxi, qari ta’ poeziji, mużika u wkoll features dwar il-ħaddiema u dwar il-ħidma tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow