ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER, L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA MILL-KUMMISSARJU OGĦLI TAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-PAKISTAN, L-EĊĊELLENZA TIEGĦU AYAZ HUSSAIN
pr2024
24/09/2013
Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, l-Eċċellenza Tiegħu Ayaz Hussain illum għamel żjara ta’ kortesija lill-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia.
Matul il-laqgħa, l-iSpeaker Farrugia irringrazzja lill-Eċċellenza Tiegħu għall-ħidma li wettaq kemm dam iservi ġewwa pajjiżna. Huwa wkoll għamel referenza għall-komunità Maltija tal-MSSP li qed twettaq xogħol ta’ fejda fil-Pakistan u esprima t-tħassib serju dwar il-vjolenza li twettqet fil-pajjiż fejn sfaw attakkati knejjes kattolici u nqatlu aktar minn 70 persuna.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032