Left arrow Mur Lura

€8 MILJUN FONDI EWROPEJ SER JIĠU ALLOKATI FUQ PROĠETTI LI MISTENIJA JIĠĠENERAW XOGĦOL TA’ KWALITA`

pr2023
Date Icon 24/09/2013

€8 miljun mill- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ser ikunu allokati għal żewġ proġetti ġodda li mistenija jiiġġeneraw impjiegi ta’ kwalita`. Dan tħabbar illum mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej, Dr. Ian Borg, waqt konferenza stampa li nżammet quddiem il-Park tal-Avjazzjoni ġewwa Ħal Safi.

Dr. Borg qal li 3.6 miljun Ewro ser ikunu użati għall-iżvilupp tal-Park tal-Avjazzjoni ġewwa Ħal Safi. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li tiġi mtejba l-infrastruttura bażika ta’ dan is-sit jiġifieri, il-passaġġ li jgħaqad ir-runway mal-ħangar u l-erja fejn jigu ipparkjati l-ajruplani. B’dan il-proġett, tlett ħangars ġodda ser jiġu mibnija biex jinħoloq spazju li jkun jista’ jiġi mikri ħalli jipprovdi il-faċilitajiet għal manutenzjoni, tranġar u tibdil ta’ ġettijiet żgħar.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-proġett meta jitlesta ħa jassigura li Malta jkollha l-infrastruttura bażika ħalli tkun f’pożizzjoni li tkompli tikkapitalizza mill-potenzjal tas-settur tal-avjazzjoni. B’hekk 8 impjiegi ġodda ta’ valur miżjud  ser jkunu iġġenerati b’dan il-proġett sal-2015, bil-possibilta li in-numru tagħhom jiżdied għal 24 sa sena 2019.

Fil-każ ta’ tieni proġett, ser ikun qiegħed jinbena hub diġitali ġewwa l-Life Science Park, San Ġwann. Dan ħa jassorbi 4.4 miljun ewro u ser ikun iddisinjat u żviluppat sabiex jgħin fl-iżvilupp ta’ azzjonijiet sinkronizzati u kollettivi għall-intrapriżi li ġejjien mis-settur tal-kreattivita, kif ukoll biex jiġi kreat l-ambjent u l-istruttura neċċessarja għat-taħriġ u l-moniteraġġ tal-istess intrapriżi.

B’dan il-proġett wkoll ħa jkun qed isir studju biex jiġi iddeterminat l-potenzjal ekonomiku ta’ secondary data cable bejn Malta u Għawdex. F’dan l-istudju ħa tkun evalwata il-vijabilta ta’ dan il-kejbel mil-lat tekniku, finanzjarju u ekonomiku. B’hekk b’dan l-istudju wieħed ikun jista’ jiddetermina jekk fil-futur jkunx hemm il-possibilta li xi darba ġo Għawdex jkun żviluppat cluster kreattiv ukoll.

Dr. Borg qal li dan il-hub diġitali huwa mistenni li jiġġenera madwar 60 impjieg ġdid sal-2015, bil-possibilta li in-numru tagħhom jiżdied għal 120 meta dan il-proġett ikun qiegħed jopera fil-kappaċitajiet sħaħ tiegħu.

Waqt din il-konferenza stampa Dr. Borg ta’ dettalji ġodda dwar l-andament  fl-implimentazzjoni ta’ proġetti iffinanzjati minn Fondi Ewropej. Huwa qal li “Sal-lum il-ġurnata Malta ikkomettit 95% mill-Fondi Strutturali u aħna mpenjati li sal-aħħar ta’ din is-sena dawn jiġu kommessi kollha.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow