Left arrow Mur Lura

IL-KAMPANJA TA’ NEUTERING MEQJUSA BĦALA SUĊĊESS

pr2022
Date Icon 24/09/2013

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq iħabbar li waqt il-kampanja ta’ Neutering li saret bejn l-4 u l-10 ta’ Settembru ġew operati 550 annimal, 478 qtates, 72 kelb u 13-il kelb li ġew microchipped.

Grazzi għall-għajnuna mill-Organizzazzjoni mhux Governattiva ETN din il-kampanja kienet waħda ta’ suċċess hekk kif bdew jiġu operati medja ta’ 60 annimal kuljum. B’kollox kien hemm ħames vets barranin, assisti minn vets lokali. Din il-kampanja kienet ukoll waħda ta’ suċċess grazzi għall-koperazzjoni min-naħa tal-feeders Maltin kif ukoll il-pubbliku li ħa inizjattiva li jaqbdu qtates fl-akwati tagħhom biex jiġu operati.

Qtates ġew miġbura minn diversi akwati f’Malta fosthom, B’Kara, Kalkara, B’Bugia, Siggiewi, Żabbar, Bormla, Mrieħel u Floriana fost l-oħrajn.

Matul l-istess ġimgħatejn, il-vets ħadu interess iżuru xi santwarji inkluż dak tal-Għammieri.

Dan huwa biss il-bidu tal-ħidma tal-Gvern biex tibda’ tiġi mħarsa u ndirizzata l-problema ta’ qtates fit-toroq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow