LAQĦAT POŻITTIVI MAL-BDIEWA
Il-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes, kellu laqgħat pożittivi mal-bdiewa li jkabbru t-tadam għall-ipproċessar u mal-għaqdiet tagħhom kif ukoll mal-proċessuri tal-industrija tat-tadam. Dawn il-laqgħat saru f’San Pawl il-Baħar f’Malta għall-Bdiewa Maltin u saret laqgħa wkoll f’Għawdex għall-membri tal-għaqda produtturi Għawdxija.
Kien ta’ sodisfazzjon li din is-sena minkejja li kellna produzzjoni ta’ iktar minn 20% tas-sena li għaddiet u lħaqna produzzjoni ta’ ’l fuq minn 7,500 tunnellata, il-produzzjoni tat-tadam kollha ittieħdet għall-għasir.
Il-producer organisations tat-tadam għall-ipproċessar urew sodisfazzjon li bil-miżuri mħabbra fil-bidu tal-istaġun mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, il-bdiewa membri tagħhom ġew imħajra ikabbru l-produzzjoni tat-tadam biex b’hekk dan is-settur hekk importanti għall-biedja Maltija ikompli jikber u jissaħħaħ.
Dawn il-miżuri jkomplu fis-seħħ mistennija li jkomplu għall-istaġuni li ġejja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032