Left arrow Mur Lura

KUMITAT TAL-AFFARIJIET LEGALI U D-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM FI ĦDAN L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA

PR2012
Date Icon 23/09/2013

Il-Membru Parlamentari Laburista, l-Avukat Michael Falzon, attenda għal-laqgħa tal-Kumitat dwar Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, li saret fil-bidu ta’ Settembru, f’Pariġi.

Sinifikanti waqt din il-laqgħa kien il-vot favur ir-rapport illi tressaq dwar il-qtil ta’ Sergei Magnitsky waqt li kien arrestat fir-Russja.

Il-Membru Parlamentari Laburista vvota favur dan ir-rapport, li ġie mħejji mill-Membru Parlamentari Svizzeru Andreas Gross.

Temi oħra diskussi waqt dan il-kumitat kienu jinkludu x-xandir televiżiv illi jaqsam il-fruntieri, it-taħriġ tal-imħallfin, prosekuturi u avukati, u l-użu tad-detenzjoni amministrattiva fost oħrajn.

L-Onor. Michael Falzon huwa membru sħiħ ta’ dan il-kumitat importanti fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, f’isem il-Kamra tad-Deputati Maltija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow