Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-KONFEDERAZZJONI TAT-TRADE UNIONS MALTIN

pr2002
Date Icon 21/09/2013

L-għan tal-Gvern matul l-aħħar sitt xhur li għaddew kien li nniżżlu d-defiċit taħt it-tlieta fil-mija. Kunfidenti li din il-mira se tintlaħaq sal-aħħar tas-sena filwaqt li nkomplu nnaqqsu n-nefqa pubblika bil-għaqal.

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jiltaqa' mal-Konfederazjoni Trade Unions Maltin bħala parti mil-laqgħat ta’ qabel il-baġit li qed isiru mal-imsieħba soċjali. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern  għandu programm ambizzjuż u iffokkat ghas-sena li ġejja. Min-naħa l-oħra, wieħed ma għandux jistenna li l-baġit se jkun fiħ xi sorpriżi.

Dr Muscat qal li fix-xhur li ġejjin il-Gvern se jiffoka fuq l-enerġijja. Fil-fatt, beda l-aħħar parti tal-proċess tal-għażla min tliet consortia li tefgħu  il-bid finali tagħhom, u mexjin mal-iskeda stabbilita.

Il-Prim Ministru tkellem wkoll fuq tkabbir ekonomiku biex jinħoloq ix-xogħol, u anke se jinħolqu programmi biex nattiraw investiment ġdid lejn pajjiżna. Fil-fatt fil ġimgħat li ġejjien se jkun qed iżur l-Iżrael fejn hemm il-potenżjal fl-oqsma tal-innovazzjoni u fis-saħħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow