Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-GVERN MALTI

pr2001
Date Icon 21/09/2013

L-Agenzija Fitch, iddeċidiet li tirrevedi ‘l isfel il-credit rating tal-pajjiż minħabba d-deficit eċċessiv li kellna fis-sena 2012.  Problema li l-Gvern wiret u li issa qiegħed jindirizza.

B’din id-deċiżjoni, Fitch qegħdin isegwu d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-credit rating agencies  l-oħra fi żmien il-Gvern preċedenti u allura qegħdin jallinejaw ir-rating tagħhom ma’ dak tal-oħrajn.

Il-Gvern huwa kunfidenti li din is-sena jilħaq it-targets tiegħu tad-deficit u pajjiżna jinżel taħt it-3 fil-mija.

Iżda l-ekonomija Maltija għadha miexja u qiegħda toħloq ix-xogħol; dan hu messaġġi mportanti li l-aġenzija Fitch għaddiet lill-Gvern Malti filwaqt li wissiet dwar il-bżonn ta’ aktar dixxiplina u kontroll fil-finanzi pubbliċi u li jindirizza l-problemi f’dan il-qasam.  Messaġġi li l-Gvern jifhimhom sewwa u li beda jaħdem fuqhom sa mill-ewwel ġuranta tal-ħatra tiegħu. F’dan il-kuntest il-Gvern qiegħed jaħdem fuq żewġ strateġiji kumplimentari għal xulxin.  L-ewwel li tinżamm l-istabbilità ekonomika tal-pajjiż u li jiżdied it-tkabbir ekonomiku fil-pajjiż sabiex inkomplu noħolqu ix-xogħol.  Dan, mhux l-anqas, billi ntejbu l-kompetittività ta’ pajjiżna.

Il-ħidma tagħna sabiex nindirizzaw il-problema tal-prezz tal-enerġija f’pajjiżna u l-problemi tal-Enemalta hija magħrufa sewwa u diġa’ bdiet tħalli r-riżultati mixtieqa. Il-ftehim li ntlaħaq fil-jiem li għaddew biex l-Enemalta jkollha msieħeb strateġiku juri li dan il-Gvern għandu pjan biex idawwar ir-rotta tal-Enemalta li minħabba l-pożizzjoni mwiegħra taffettwa l-kreditu ta’ pajjiżna.

Kif nafu, l-investiment ġej, l-ekonomija kompliet tikber u l-ħolqien tal-impjiegi huwa sod. It-tieni, il-Gvern għaddej b’ħidma sabiex itejjeb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.  

Il-Gvern huwa fiducjuż illi l-politika tiegħu fl-oqsma ekonomiċi u tal-finanzi pubbliċi se tkompli tagħti r-riżultati mixtieqa.  Għaldaqstant, filwaqt li aħna qegħdin niehu nota xierqa tal-messaġġi li tatna l-aġenzija Fitch, irridu nassiguraw lil kulħadd illi se nkomplu nagħmlu dak kollu possibbli sabiex nassiguraw li pajjiżna jkompli miexi  ‘l quddiem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow