Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr2000
Date Icon 21/09/2013

Sottomessi tlett ‘bids’ finali għall-‘Long Term Power Purchase Agreement’ u ‘Gas Supply Agreement’ – ‘On track’ fil-ħidma tal-gvern lejn kontijiet orħos u arja aktar nadifa.
L-Enemalta llum ħabbret it-tlett konsorzja li tefgħu il-bid finali għall-Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.

Dawn huma:

ElectroGas Malta Consortium
Endeavour Energy,Exodus Crossing, BB energy Consortium
Yildirim Tecnicas Power and Gas Consortium

Dawn it-tlett konsorzja ssottemettew il-bid finali tagħhom wara li kkwalifikaw skont il-kriterji f’dan il-proċess kompetittiv biex jissottomettu bid finali għall-Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.

Dan huwa pass ieħor lejn kontijiet orħos u arja aktar nadifa u jikkonferma kemm il-gvern jinsab on track fil-ħidma tieghu u biex jilhaq dawn l-ghanijiet.

Dan il-Gvern beda jaħdem fuq dan il-proġett sa mill-ewwel jum fejn fi ftit inqas minn xahar wara l-elezzjoni, il-Gvern ħareġ is-seħja internazzjonali tal-espressjoni ta’ interess u kapaċita` għall-Long term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.

Oriġinarjament kien hemm dsatax–il sottomissjoni, xhieda tal-interess qawwi f'dan il-proġett fattibbli.  Minn ħdax shortlisted, dawn niżlu għal sitta biex issa tlett konsorzji issottomettew il-bid finali tagħhom.
Waqt li kien għaddej dan il-proċess, kienu għaddejjin ukoll l-istudji kollha meħtieġa biex il-MEPA, wara konsultazzjoni ma’ dawk kollha ikkonċernati eventwalment toħroġ il-permessi neċessarji.

Filfatt l-istudji gew sottomessi lill-MEPA nhar it-Tnejn 2 ta’ Settembru li għadda għall-kunsiderazzjoni ta’ stakeholders ewlenin identifikati mill-MEPA u aktar tard tal-pubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow