Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JSELLEM LIL NERIK MIZZI

PR1993
Date Icon 20/09/2013

Illum, il-Ġimgħa, 20 ta' Settembru, il-Prim Ministru, l-Onor. Joseph Muscat, poġġa kuruna tal-fjuri quddiem il-bust tal-eks Prim Ministru Nerik Mizzi f’Misraħ San Ġwann, dan bil-għan li jsellem lil dan l-eks Prim Ministru ta’ pajjiżna fl-okkażjoni tal-128 anniversarju mit-twelid tiegħu.

Nerik Mizzi twieled il-Belt Valletta fl-20 ta’ Settembru 1885.  Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ, tal-Agrikultura, tas-Sajd, tal-Posta u tal-Edukazzjoni.  Kien ukoll Mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija kien iddeportat illegalment mill-Gvern Ingliż lejn l-Uganda fejn dam miżmum għal tliet snin. Sar Prim Ministru fis-26 ta’ Settembru 1950 iżda miet tliet xhur biss wara. Jibqa’ l-uniku Prim Ministru li miet waqt li kien fil-kariga.

Huwa l-ħsieb tal-Prim Ministru l-Onor. Joseph Muscat li fix-xhur li ġejjin ikompli jsellem lill-eks Prim Ministri ta’ pajjiżna li m’għadhomx ħajjin, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninhom

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow