IPPREŻENTATA DONAZZJONI TA’ 5,000 EURO MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI GĦAL PUTTINU CARES
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes ippreżenta donazzjoni ta’ 5,000 ewro lil Puttinu Cares. Dawn il-flus inġabru waqt l-attività FishFest li ġiet organizzata is-Sibt li għadda. Il-qliegħ sar mill-bejgħ tal-ħut waqt l-istess attività, ħut li ngħata b’xejn mill-bejjiegħa tal-ħut. Ħaddiema mill-istess Segretarjat kif ukoll mid-Dipartiment tal-Akwakultura u sajd taw ukoll il-kontribut tagħhom biex tkompi tiżdied is-somma.
L-Onor. Galdes qal li l-attendenza waqt FishFest kienet waħda sorpriża. Huwa qal li din l-attività kienet possibli grazzi għall-koperazzjoni bejn il-koperattivi tas-Sajd, kif ukoll l-għajnuna mill-Kunsill Lokali u l-voluntiera li għenu kemm għall-preparamenti iżda wkoll waqt l-attività stess.
Roderick Galdes semma li din is-sena l-istaġun tal-lampuki kien wieħed favorevoli u għalhekk kien possibli li jinbiegħ ukoll b’abbundanza waqt FishFest.
Ikkonkluda jgħid li għandna obbligu ngħinu lil dawk li jinsabu fil-bżonn u kien għalhekk li nħass il-bżonn li l-qliegħ kollu jmur għal għan umanitarju. Waqt il-preżentazzjoni l-Onor. Galdes ta is-somma lil Puttinu Cares.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032