ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-VIĊI PRIM MINISTRU TAR-RUMANIJA, GABRIEL OPREA
Fl-aħħar laqgħa uffiċjali tad-delegazzjoni tal-Parlament Malti fir-Rumanija, mmexxija mill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, tqajjem il-punt għad-diskussjoni tal-qbil li kien sar mir-Rumanija li jittieħdu 10 rifuġjati minn Malta f’ġest ta’ solidarjetà ma’ Malta fil-problema li qed tiffaċċja ta’ immigrazzjoni irregolari lejn pajjiżna.
L-Ispeaker Malti, filwaqt li irringrazzja lill-gvern Rumen tal-offerta li kien għamel, fakkar li meta dan il-ftehim jiġi attwat ikun qed jintbagħat messaġġ qawwi lill-pajjiżi stati membri oħrajn tal-Unjoni. Meta pajjiż relattivament ċkejken bħar-Rumanija, fil-limitazzjonijiet li għandu, xorta iħossu obbligat li jagħti kelma lil pajjiż ħabib bħal Malta biex itaffi l-problema li għandna, ikun ta’ eżempju tanġibbli għal pajjizi oħrajn li huma ferm akbar ta’ kif għandha titwettaq is-solidarjetà.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032