Left arrow Mur Lura

IT-TĦADDIM TAD-DIPLOMAZIJA PARLAMENTARI TAGĦTI L-FROTT F’DIVERSI OQSMA

PR1971
Date Icon 18/09/2013

Ilbieraħ, fil-bini tal-Parlament Rumen f’Bucharest, id-delegazzjoni parlamentari Maltija mmexxija mill-Ispeaker Anġlu Farrugia intlaqgħet mill-President tal-Kamra tad-Deputati Rumena għal diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat fuq materji li huma ta’ interess komuni għal Malta kif ukoll għar-Rumanija.

Fil-Konferenza Stampa li nżammet minnufih wara l-laqgħa, l-Ispeaker Malti wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-mod spedizzjuż li l-inizjattiva tiegħu biex jitwaqqaf il-Grupp Konġunt bejn iż-żewġ parlamenti diġa’ qed iħalli l-frott hekk kif intlaħaq ftehim dwar il-pjan ta’ ħidma għall-ġejjieni bejn l-istituzzjonijiet parlamentari ta’ Malta u r-Rumanija.   

Iż-żewġ Presidenti, fil-fatt, ftehmu li, fuq medda ta’ erba’ snin, isiru skambji interparlamentari sabiex iwittu t-triq ghal proġetti bi sħab f’bosta oqsma fil-pajjiżi rispettivi.  L-Ispeaker Anġlu Farrugia ikkonferma lill-President tal-Parlament Rumen li l-perijodu transitorju li Malta kienet qed tattwa sabiex ċittadini Rumeni jkunu jistgħu jaħdmu Malta bil-permess tax-xogħol se jintemm fl-aħħar tas-sena 2013.  Fl-istess waqt, bl-interess komuni sabiex jittejbu r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, se jiġi organizzat Forum Ekonomiku li fih intraprendituri Maltin u Rumeni se jitkellmu bejniethom, u ma’ membri parlamentari taż-żewġ pajjiżi, dwar is-setturi li fihom jistgħu jinħolqu proġetti ta’ fejda għall-ekonomiji rispettivi.

Waqt il-Konferenza Stampa, l-Ispeaker Malti tenna l-pożizzjoni ta’ Malta li pajjiżna jirrikonoxxi li r-Rumanija hija mħejjija teknikament sabiex tingħaqad mal-pajjiżi Ewropej fiz-zona Schengen.  “Dawn u materji oħrajn huma eżempji ta’ kif il-parlamentari taż-żewg naħat, permezz tal-Grupp Konġunt interparlamentari li nħoloq u anki laqgħat bilaterali bejn iż-żewġ Presidenti tal-Kmamar tad-Deputati, jistgħu jersqu aktar qrib ta’ xulxin u jikkoperaw bejniethom għal Ewropa aktar b’saħħitha u aktar matura,” għalaq id-diskors tiegħu lill-media preżenti l-Onorevoli Anġlu Farrugia.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow