Left arrow Mur Lura

ID-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA F’BUCHAREST F’LAQGĦA MAL-VIĊI PRESIDENT TAS-SENAT

PR1970
Date Icon 18/09/2013

Matul il-laqgħa li Ispeaker Anġlu Farrugia kellu ma’ Cristian Dumitrescu, Vici President tas-Senat tar-Rumanija, hekk kif kompla biż-żjara uffiċjali tad-delegazzjoni parlamentari f’dak il-pajjiż, semma kif ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, li jmorru lura 45 sena, komplew jitjiebu mal-milja taż-żmien.  ‘Huwa relevanti l-fatt li jezisti qbil mhux kontestat bejn iz-zewg partiti ewlenin Maltin fir-rigward tal-htiega li dawn ir-relazzjonijiet jigu koltivati aktar,’ tenna l-Ispeaker Malti.  Huwa qal lill-Viċi President tas-Senat li fil-fatt id-delegazzjoni tiegħu kienet komposta kemm mill-Whip Parlamentari minn naħa tal-gvern, l-Onorevoli Carmelo Abela, kif ukoll dak tal-Oppożizzjoni, l-Onorevoli David Agius.

Filwaqt li bħalissa s-Senat Rumen qiegħed jiddiskuti emendi fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż, anki f’Malta dan il-proċess se ngħaddu minnu fil-ġejjieni qarib, spjega l-Onorevoli Farrugia.  Malta diga’ għaddiet minn dan il-process ta’ emendi kostituzzjonali u, kif tenna l-Ispeaker Malti, jieħu pjaċir jirrimarka li dawn l-emendi kienu dejjem għaddew bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.  Kien għalhekk li huwa, bħala President tal-Kamra tad-Deputati Maltija, jemmen bis-sħiħ li l-kostituzzjoni hija dokument uniku ta’ drittijiet u obbligi taċ-ċittadini u għaċ-ċittadini li għandu jinħema bi spirtu ta’ ġenwinita’ u ta’ għaqda fil-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow