Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr1968
Date Icon 17/09/2013

Attakk mill-Opożizzjoni li juri li għadha timxi bil-politika tal-kuluri

L-attakk li sar mill-kelliema tal-Oppożizzjoni fuq erba’ Kurunelli li ġew promossi juri kemm l-Oppożizzjoni għadha timxi bil-kuluri f’dak kollu li għandha x’taqsam mat-tmexxija tal-Forzi Armati. L-attakk li sar ikompli juri li l-attakk tal-Oppożizzjoni fuq l-istituzzjonijiet kollha huwa maħsub biex jagħmlu ħsara lill-pajjiż.

Il-proċess tal-għażla ta’ dawn l-erba’ kurunelli sar skont il-liġi.  S’issa fil-ġurnali u waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem tal-Oppożizzjoni kkwota biss il-Public Service Commission. Jason Azzopardi huwa żbaljat u għandu jkun infurmat li l-Armata mhijiex regolata mill-Public Service Commission. Bl-istess mod kif l-amministrazzjoni preċedenti kienet ħatret lill-konsulent personali tal-Prim Ministru Paul Miruzzi fuq dan il-Bord, il-Ministeru ħatar ukoll ir-rappreżentanti tiegħu.

L-erba’ persuni li saru Kurunelli, kollha avvanzaw għal Maġġuri matul is-snin.  Għalhekk wieħed jimmaġina li dan l-avvanz fil-karriera sar peress li dawn kienu kwalifikati f’kull sens. Wieħed għandu jistaqsi wkoll jekk dan l-attakk li sar illum mill-Oppożizzjoni jikkonfermax li dawn il-persuni ma mxewx iktar ’il quddiem minħabba preġudizzji li seta’ kien hemm mill-amministrazzjoni preċedenti.

Il-Ministeru jikkonferma li l-għażliet saru kollha skont il-merti u kriterji stabbiliti. Il-kriterji tal-interviews kienu stabbiliti b’rakkomandazzjonijiet mal-Bord tad-Difiża u jinkludu ukoll l-esperjenzi  li l-Maġġuri għamlu lokalment kif ukoll barra minn Malta. Taħt tmexxija Nazzjonalista, uffiċjali b’rank għoli ħafna fl-armata nħatru minkejja li m’għandhomx esperjenza ta’ operazzjonijiet militari barra minn Malta. Wieħed ta’ min isemmi li fost l-ilmenti li qed jitressqu quddiem il-Bord tal-Inġustizzji fl-Armata, hemm ukoll il-mod kif kienu jintagħżlu membri tal-Armata għall-operazzjoniiet militari barra minn Malta.

Kuntrarju għall-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni, il-persuni kollha li applikaw u resqu għall-promozzjoni kollha kellhom security clearance. Hawnhekk għal darb’oħra l-Oppożizzjoni qed terġa’ turi immaturità politika meta titkellem fuq materja daqstant sensittiva. L-Oppożizzjoni ma tgħallmet xejn mill-iżbalji li għamlet hi stess. Agħar minn hekk, Jason Azzopardi kien kontradittorju meta minkejja li qajjem mistqosijiet dwar is-security clearance ta’ uffiċjal tal-Armata, fl-istess waqt qal li l-istqarrijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fuq is-Security Service li kien għamel fuq it-taraġ ta’ Kastilja għadhom jgħoddu.

Il-Ministeru jikkundana l-assassinju tal-karattru li qed jipprovaw jagħmlu l-Kelliema tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-erba’ kurunelli.  Il-Ministeru jappella għal aktar rispett lejn l- istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u filwaqt li jifraħ lill-Kurunelli l-ġodda jwiegħed lill-membri tal-Armata kollha, li l-Ministeru kif għamel din id-darba , ser jiftaħ l-opportunitajiet għal kulħadd u mhux għal ftit persuni tal-klikka.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow