ĦIDMA FLIMKIEN BEJN IL-PARLAMENT MALTI U DAK RUMEN SABIEX JIĠI MEGĦJUN L-INVESTIMENT
Id-delegazzjoni parlamentari Maltija mmexxija mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fir-Rumanija ittieħdet iżżur Park Industrijali li qed jiġi żviluppat barra l-belt ta’ Ploiesti, li tinsab mas-60 kilometru ‘l barra mill-belt kapitali tar-Rumanija, Bucharest. Il-Kunsill tal-Provinċja ta’ Prahova jieħu ħsieb li jattira investiment barrani lejn din il-Provinċja, u għalhekk matul iż-żjara tal-parlamentari Maltin, li kienu akkumpanjati mill-President tal-Parlament Rumen flimkien ma’ bosta parlamentari Rumeni miż-żewġ naħat tal-lokalità, inżammet laqgħa fejn fiha ġew spjegati r-rekwiżiti meħtieġa sabiex investituri potenzjali barranin jitħajru jwaqqfu proġetti fil-lokalità.
Filwaqt li rringrazzja lill-President tal-Parlament Rumen, Valeriu Zgonea, talli ta lill-parlamentari Maltin l-opportunità li jżuru l-Park Industrijali, l-Onorevoli Anġlu Farrugia spjega li jara l-potenzjal li jista’ joffri dan il-Park fi Ploiesti lill-investituri Maltin fid-diversi setturi li jingħataw inċentivi għalihom. Għal dan il-għan, l-Ispeaker Malti, filwaqt li sostna li hemm bżonn ta’ sensiela ta’ laqgħat fil-ġejjieni qarib bejn dawk kollha interessati f’dan l-iżvilupp, kemm min-naħa Maltija kif ukoll dik Rumena, issuġġerixxa li parlamentari taż-żewġ pajjiżi għandhom jassistu biex jiffaċilitaw il-proċess u b’hekk inaqqsu u jeliminaw proċeduri burokratiċi li fin-normal ixekklu milli inizjattivi bħal dawn jimxu b’pass imgħaġġel ‘il quddiem.
Kien dan ukoll il-ħsieb tal-Ispeaker Farrugia meta talab lill-Ambaxxatriċi Rumena li żaritu f’Malta ftit ilu sabiex jitwaqqaf il-Grupp Konġunt ta’ Ħbiberija Interparlamentari bejn il-Parlament ta’ Malta u dak Rumen.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032