Left arrow Go Back

ĦIDMA FLIMKIEN BEJN IL-PARLAMENT MALTI U DAK RUMEN SABIEX JIĠI MEGĦJUN L-INVESTIMENT

pr1962
Date Icon 17/09/2013

Id-delegazzjoni parlamentari Maltija mmexxija mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fir-Rumanija ittieħdet iżżur Park Industrijali li qed jiġi żviluppat barra l-belt ta’ Ploiesti, li tinsab mas-60 kilometru ‘l barra mill-belt kapitali tar-Rumanija, Bucharest.  Il-Kunsill tal-Provinċja ta’ Prahova jieħu ħsieb li jattira investiment barrani lejn din il-Provinċja, u għalhekk matul iż-żjara tal-parlamentari Maltin, li kienu akkumpanjati mill-President tal-Parlament Rumen flimkien ma’ bosta parlamentari Rumeni miż-żewġ naħat tal-lokalità, inżammet laqgħa fejn fiha ġew spjegati r-rekwiżiti meħtieġa sabiex investituri potenzjali barranin jitħajru jwaqqfu proġetti fil-lokalità.

Filwaqt li rringrazzja lill-President tal-Parlament Rumen, Valeriu Zgonea, talli ta lill-parlamentari Maltin l-opportunità li jżuru l-Park Industrijali, l-Onorevoli Anġlu Farrugia spjega li jara l-potenzjal li jista’ joffri dan il-Park fi Ploiesti lill-investituri Maltin fid-diversi setturi li jingħataw inċentivi għalihom.  Għal dan il-għan, l-Ispeaker Malti, filwaqt li sostna li hemm bżonn ta’ sensiela ta’ laqgħat fil-ġejjieni qarib bejn dawk kollha interessati f’dan l-iżvilupp, kemm min-naħa Maltija kif ukoll dik Rumena, issuġġerixxa li parlamentari taż-żewġ pajjiżi għandhom jassistu biex jiffaċilitaw il-proċess u b’hekk inaqqsu u jeliminaw proċeduri burokratiċi li fin-normal ixekklu milli inizjattivi bħal dawn jimxu b’pass imgħaġġel ‘il quddiem. 

Kien dan ukoll il-ħsieb tal-Ispeaker Farrugia meta talab lill-Ambaxxatriċi Rumena li żaritu f’Malta ftit ilu sabiex jitwaqqaf il-Grupp Konġunt ta’ Ħbiberija Interparlamentari bejn il-Parlament ta’ Malta u dak Rumen.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow