Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU HELENA DALLI TILTAQA' MAD-DELEGATI TA' KONFERENZA INTERNAZZJONALI DWAR ID-DRITTIJIET TAL-PERSUNI LGBT

PR1955
Date Icon 16/09/2013

Waqt laqgħa li kellha mad-delegati ta’ konferenza internazzjonali dwar id-drittijiet ta’ persuni LGBT fil-Mediterran, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dott. Helena Dalli, qalet li Malta isservi ta’ mudell fir-reġjun tal-Mediterran f’dak li jirrigwarda l-ugwaljanza u d-drittijiet ta’ persuni LGBT.

Il-Ministru Dalli semmiet l-inizjattivi li ħa Gvern ġdid biex jintroduċi liġijiet ġodda li jagħtu aktar drittijiet u dinjita` lill-persuni LGBT.  Fost l-oħrajn hi semmiet l-emendi fil-Kodiċi Ċivili li permezz tagħhom persuni li għamlu bdil fis-sess qed jiġu rikonoxxuti bis-sess il-ġdid tagħhom, l-introduzzjoni tal-Att tal-Unjoni Ċivili li se jidħol fis-seħħ sal-aħħar tas-sena, u l-liġi dwar l-identita` tal-ġeneru fost l-oħrajn.

Dott. Dalli saħqet fuq l-importanza tad-djalogu soċjali meta l-Gvern ikun qed ifassal liġijiet li jkollhom impatt qawwi fuq il-ħajja tan-nies.  Hi semmiet il-Kunsill Konsultattiv li twaqqaf mill-Gvern preżenti biex jikkonsulta direttament mal-għaqdiet non-governattivi f’dan ir-rigward.

Il-Ministru Dalli qalet li hi se tkun qed taħdem biex jiżdied is-sapport għad-drittijiet tal-persuni LGBT fost il-gvernijiet Ewropej u dawk fir-reġjun tal-Mediterran.  Id-delegati tal-konferenza talbu lill-Ministru Dalli biex tahdem mal-Ministri fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u tħeġġiġhom biex jintroduċu aktar drittijiet għall-persuni LGBT f’pajjiżhom bħal ma qed isir f’Malta. 

Dott. Dalli semmiet fost l-oħrajn id-dikjarazzjoni li l-Gvern Malti, flimkien ma’ għadd ta’ gvernijiet oħra Ewropej, ressqu quddiem il-Kummissjoni Ewropea sabiex din tadotta politika komprensiva għal aktar drittijiet ta’ persuni LGBT u li permezz tagħha l-Ewropa tkun tista’ tiġġieled aħjar id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali.  Dott. Dalli qalet li hawnhekk għad fadal ħafna aktar xi jsir biex kemm mal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll minn għadd ta’ Stati Membri.

Din il-konferenza, Mediterranean Network, iltqagħet għall-ewwel darba fl-2010 u minn hemm bdiet titlaqqa’ kull sena f’pajjiżi differenti tal-Mediterran.  Il-pajjiżi parteċipanti huma it-Turkija, Ċipru, il-Greċja, l-Italja, l-Albanija u Malta.

Il-laqgħa mal-Ministru Helena Dalli kienet l-ewwel laqgħa diretta ma’ Ministru li kellu dan il-forum.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow