SPEZZJONI MID-DIPARTIMENT TAS-SAJD U L-AKWAKULTURA FIŻ-ŻONA TAL-MAGĦLUQ F’WIED IL-GĦAJN
pr1948
14/09/2013
Id-Dipartiment tas-Sajd u l-akwakultura fi ħdan is-Segretarjat tal-Biedja,Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq jinforma li saret spezzjoni minn dan l-istess direttorat fiż-żona tal-Magħluq f’Wied il-Għajn ilbieraħ filgħodu.
L-ispettorat aċċeda fuq il-post wara li daħal ir-rapport fejn ġie stabbilit li l-ħut kien awrat u spnott. Jidher li l-kawża tal-mewt tagħhom tirriżulta min-nuqqas ta’ ossiġnu. Id-Dipartiment bgħat ukoll cleaners biex inadffu din iż-żona.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032