IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JINAWGURA FISHFEST 2013
Is-Segretarju Parlamentari Biedja,Sajd u Drittijiet tal-Annimali Rodrick Galdes inawgura l-attività annwali tal-Fishfest 2013. Din se ssir fil-lokalità ta’ Marsaxlokk għada u se tibda wara s-seba’ ta’ filgħaxija.
Huwa qal li l-Fishfest 2013 se tkun opportunità biex is-sajjieda jippromwovu l-ħut u d-dinja tas-sajjieda. Se jkun hemm ukoll stands informattivi differenti biex joffru informazzjoni dwar tipi differenti ta’ ħut lokali u dwar in-nutrijenti li kull ħuta tipprovdi. L-attività se tinkludi wkoll esebizzjoni tal-akwakultura, fiera tal-ħut frisk u bejgħ ta’ ħut lokali.
L-Onor. Galdes qal li attivitajiet bħal dawn huma importanti biex il-poplu Malti jkollu opportunità li jkollu kuntatt mas-sajjieda kif ukoll jara b’għajnejh il-ħut li s-sajjieda Maltin jaqbdu.
Janima l-atmosfera se jkun hemm programm ta’ attivitajiet għall-familja kollha, inkluż it-tfal.
Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda jgħid li l-qliegħ kollu tal-attività se jmur għal Puttinu Cares u St.Peters Foundation.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032