IL-PRIM MINISTRU JILTAQA' MAL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET EKONOMIĊI TAT-TUNEŻIJA
PR1928
12/09/2013
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa' mal-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi Tuneżin Ridha Saidi f'laqgħa bilateri li saret waqt id-Davos Summer Forum fiċ-Ċina.
Iż-żewġ naħat tkellmu dwar diversi suġġetti ta' interess bejn iż-żewġ pajjiżi fosthom opportunitajiet ta' negozju bejn iż-żewġ pajjiżi.
Ġiet diskussa s-sitwazzjoni fis-Sirja, liema kriżi taffettwa r-reġjun tal-Mediterran. Iż-żewġ naħat qalu li huma kontra azzjoni militari sakemm ma tkunx sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurta' filwaqt li kkundannaw il-vjolenza fis-Sirja.
Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Carmelo Abela u ċ-Chairman tal-Malta Enterprise Mario Vella akkumpanjaw lill-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032