Servizzi Universitarji f’Għawdex
| L-Università ta’ Malta offriet servizz ta’ | pariri dwar l-opportunitajiet u l-għażla ta’ korsijiet universitarji lill-aktar minn mitejn student u studenta li għal dawn l-aħħar sentejn kienu jattendu l-kors tal-Matsec fiċ-Ċentru għal Studji Ogħla Sir Mikelanġ Refalo. Dawn is-servizzi bdew jingħataw miċ-Ċentru ta’ l-Università f’Għawdex f’dawn l-aħħar snin lil studenti Għawdxin, li kull ma jmur qed juru aktar interess f’dawn is-servizzi. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono ltaqgħet ma’ uħud minn dawn l-istudenti u ġenituri li kienu preżenti għal waħda minn żewġ sessjonijiet li ġew imtellgħa għal dan il-għan. Il-Ministru Debono spjegat kif il-Ministeru għal Għawdex jikkoordina għajnuna finanzjarja li tingħata lil studenti Għawdxin li jattendu l-Università jew istituzzjonijiet oħra ta’ tagħlim f’Malta. Din l-għajnuna hija mmirata li tgħin lill-familji ta’ dawn l-istudenti biex itaffu l-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni u trasport bil-baħar matul il-kors ta’ l-istudji tagħhom. Il-Ministru qalet li matul l-aħħar sena, studenti universitarji Għawdxin kienu kkumpensati b’madwar €700,000 għall-akkomodazzjoni u €20,000 għat-trasport filwaqt li studenti f’istituzzjonijiet oħra rċevew aktar minn €66,000 fi spejjeż ta’ akkomodazzjoni u €16,000 f’dawk relatati mat-trasport. |
| Waqt iż-żjara fiċ-Ċentru ta’ l-Università | f’Għawdex il-Ministru Giovanna Debono kienet akkumpanjata mid-Direttur taċ-ċentru, il-Professur Lino Briguglio. Iċ-Ċentru ta’ l-Università f’Għawdex ġie mwaqqaf fl-1992 bil-għan li jassisti fl-aspetti loġistiċi biex jiġu mtellgħa korsijiet speċifiċi f’Għawdex offruti mill-Università ta’ Malta. Iċ-Ċentru joffri wkoll korsijiet qosra li jittrattaw suġġetti u temi akkademiċi kif ukoll oħrajn relatati ma’ diversi oqsma ekonomiċi u ambjentali. Matul dawn l-aħħar snin, ġew organizzati korsijiet parzjalment finanzjati minn fondi ewropej, li kienu strumentali biex itejbu l-ħiliet bażiċi tal-parteċipanti filwaqt li oħrajn kattru l-għarfien dwar prattiċi agrikoli u ambjentali tajbin, kif ukoll dwar aspetti speċifiċi bħal ma hi l-vitikoltura. |
Matul is-sena akkademika li jmiss, l-Università ta’ Malta ser toffri kors li jwassal għal Diploma in Commerce li ser jinżamm fiċ-Ċentru ta’ l-Università f’Għawdex bejn Ottubru 2009 u Settembru 2010. Dan il-kors ser ikun parzjalment finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex. Dawk kollha interessati jistgħu japplikaw fuq is-sit elettroniku www.um.edu.mt/apply sa nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju, 2009.
Barra minn hekk iċ-Ċentru ta’ l-Università f’Għawdex qed joffri aktar opportunitajiet permezz ta’ numru ta’ korsijiet oħra li jkopru oqsma ta’ studju fl-ekonomija u kummerċ, storja, bizzilla u kriminoloġija. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb miċ-Ċentru ta’ l-Università f’Għawdex fuq in-numri 21564559, 21562054 jew www.um.edu.mt/ugc.
Waqt iż-żjara tagħha fiċ-Ċentru ta’ l-Università f’Għawdex il-Ministru Giovanna Debono rrikonoxxiet it-tisħiħ tas-servizz utli li jingħata minn ġewwa dan iċ-ċentru b’risq it-tisħiħ tal-qasam edukattiv f’Għawdex. ‘Huwa għalhekk li teżisti kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Ministeru għal Għawdex u ċ-Ċentru ta’ l-Università f’Għawdex’, temmet tgħid il-Ministru Giovanna Debono.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984