Kors li jwassal ghal Ċertifikat ta’ Care Assistant
pr1258
20/07/2009
| Id-Dipartiment għall-Anzjani u | Kura fil-Komunità se jiftaħ kors ta’ taħrig teoretiku u prattiku li jwassal għall-Ċertifikat ta’ Care Assistant |
| Il-kors se jibda fl-14 ta’ | Settembru 2009 u huwa fuq bażi full time għall-erba’ xhur. Din hija inizjattiva li tista` twassal lil dawk interessati, u li jtemmu l-kors b’suċċess, biex jibdew karriera fil-qasam tal-anzjani. |
| L-applikazzjonijiet se jiġu | aċċettati minn nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Lulju 2009 sal-Ġimgħa, 29 ta’ Lulju 2009 bejn id-9.00am u 12.00 nofsinhar. Kull applikazzjoni, flimkien ma ħlas ta’ €75 għandha tittiehed personalment jew tintbagħat bil-posta lis-Sezzjoni ta’ l-Accounts, Dipartiment ghall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Ċentru Ħidma Socjali, Triq il-Kbira San Ġuzepp, Santa Venera. |
| Huwa mportanti li ma kull applikazzjoni jiġi | nkluż Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kif ukoll kopji taċ-Ċertifikati Akkademiċi. Dawn, flimkien mal-pagament ta’ €75, jingħataw lura jekk il-persuna ma tintgħażilx biex issegwi l-kors. |
| Aktar informazzjoni tista` tinkiseb fuq dawn | in-numri; 21 21483113 jew 21441312 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984