JINBEDA L-PROĊESS TA’ XIRI PUBBLIKU GĦAL KUNTRATT M’OPERATUR TA’ TRASPORT PUBBLIKU RRIFORMAT
pr1246
17/07/2009
| Il-Gvern ippublika sejħa lil organizzazzjonijiet | b’esperjenza fit-trasport pubbliku biex jesprimu interess biex jagħmlu offerta biex ifornu servizz riformat ta’ trasport pubbliku. |
| Is-sejħa għall-espressjonijiet t’interess hi | l-bidu tal-proċess ta’ xiri pubbliku u qed issir fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern. |
| Wara din is-sejħa, l-ADT tidentifika l-operaturi | interessati u eliġibbli biex tistedinhom jagħmlu l-offerta tagħhom. Din il-fażi tax-xiri pubbliku tagħlaq fil-15 ta’ Settembru 2009. |
| Ir-riforma fit-trasport pubbliku se tfisser | servizzi ġodda u aktar faċilitajiet. Il-pubbliku se jkun moqdi aħjar b’aktar rotot mhux biss mill-Belt Valletta u lejn il-Belt iżda servizz bejn irħula u bliet oħrajn. Is-servizz il-ġdid jinkludi servizzi mgħaġġla bejn destinazzjonijiet importanti bħal Birkirkara, l-Isptar, l-Ajruport, ir-Rabat, Tas-Sliema, u parkeġġi ġodda madwar Malta b’servizzi ta’ ‘Park and Ride’. Il-ħinijiet tas-servizz tat-trasport pubbliku se jkun itwal bi frekwenza iżjed minn tal-lum u l-operatur se jkun marbut li jżomm il-kwalita’ tas-servizz jiġifieri ndafa, arja kundizzjonata fil-vetturi, l-attitudni u ż-żamma tal-uniformi tax-xufiera. Ir-riforma tfisser ukoll l-aġġornament tal-flotta tal-karozzi tal-linja li jkunu jniġġżu anqas. |
Dawk l-organizzazzjonijiet interessati li joffru dan is-servizz għandhom jiġbru l-informazzjoni mill-Awtorita’ dwar it-Trasport, Sa Maison Road, Floriana jew billi jidħlu fis-sit www.maltatransport.com/reform.
| Id-data tal-għeluq biex wieħed jesprimi | l-interess tiegħu hija l-15 ta’ Settembru, 2009. |
| Aktar tard, f’Ottubru, tkun ippubblikata s-sejħa | propja għall-offerti u jkunu jistgħu japplikaw għalih dawk biss li wrew l-interess tagħhom f’din is-sejħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984