Left arrow Mur Lura

LAQGĦA GĦALL-MEXXEJJA TAL-ENTIJIET KULTURALI

pr1245
Date Icon 17/07/2009
Il-Ministru għall-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport,  Dolores Cristina l-lum iltaqgħet maċ-Chairpersons u l-Uffiċjali Eżekuttivi Ewlenin tal-entijiet kulturali tal-gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tagħha u esprimiet ix-xewqa li l-pajjiż ikollu Kalendarju Kulturali biex kemm il-Maltin kif ukoll it-turisti jkunu jistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom mill-kwantita’ kbira ta’ attivitajiet kulturali ta’ kwalita’ li qed joffri l-pajjiż.
Il-Ministru qalet li l-pajjiżjoffri għażla kbira ta’ attivitajiet kulturali f’xhur partikolari filwaqt li xhur oħra jkun fihom anqas attivitajiet u għalhekk il-ħtieġa ta’ ppjanar u programazzjoni aħjar biex il-pubbliku jkollu ċans jattendi u japprezza aktar attivitajiet kulturali li jkunu mifruxa matul is-sena kollha.
Issemmiet ukoll il-ħtieġa lil-entijiet kulturali jiġbru r-riżorsi tagħhom u jaħdmu flimkien f’oqsma partikolari bħalma huma l-pubbliċita’ u r-reklamar, servizz ta’ trasport wara l-attivitajiet kulturali u oqsma oħra li minnhom jistgħu jibbenefikaw kemm l-entijiet kulturali nfushom kif ukoll il-pubbliku in ġenerali.
L-Onor. Dolores Cristina ħabbretli fil-ġimgħat li ġejjin se titnieda għal konsultazzjoni, il-politika kulturali nazzjonali iżda saħqet li hemm bżonn ukoll li nfasslu politika kulturali għat-tfal tagħna biex dawn jibdew japprezzaw il-kultura sa minn eta’ żgħira.
Preżenti għal-laqgħa kien hemmic-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, iċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel u ċ-Ċentru tal-Konferenzi; iċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Kreattiva tal-Kavallier San Ġakbu u u ċ-Chairman u l-General Manager tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Dawn l-istituzzjonijiet sejkomplu jiltaqgħu biex ifasslu programmi u inizjattivi flimkien.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow