Il-Ministru Dolores Cristina iżżur Education 22
pr1240
17/07/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dal-għodu għamlet żjara fl-uffiċċji u l-istudio tal-istazzjon televiżiv Education 22 fejn iltaqgħet u tkellmet mal-impjegati ta’ dan l-istazzjon. |
| Matul din il-laqgħa il-Ministru spjegat | lill-ħaddiema ix-xogħol li sar f’dawn l-aħħar xhur mill-aspett amministrattiv tal-istazzjon wara rapporti li l-Ministru ikkummissjonat. |
| Wara dawn ir-rapporti, fil-ġimgħat li ġejjin, | il-Gvern irid jieħu deċiżjonijiet dwar il-futur tal-istazzjon u għalhekk hi stiednet lill-impjegati biex jibgħatu s-suġġerimenti tagħhom dwar kif jixtiequ jaraw l-istazzjon jiżviluppa. |
| Waqt diskussjoni mal-impjegati, ħafna minnhom | tkellmu dwar il-ħidma li għamlu fl-istazzjon, dwar ħtiġijiet li jħossu li għandhom u għamlu wkoll suġġerimenti għall-futur. Il-Ministru rringrazzjat lill-ħaddiema għax-xogħol tagħhom u ħeġġithom biex jibgħatu s-suġġerimenti tagħhom. |
| Il-Ministru Ciristina kienet imdawwra mal-post | minn Bernadette Azzopardi li bħalissa hi responsabbli mit-tmexxija ta’ Education 22. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984