Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI TAJBIN FIL-MATRIKOLA AVANZATA

pr1235
Date Icon 16/07/2009
Il-Bord tal-Eżamijiettal-MATSEC illum ippublika r-riżultati tal-Matrikola Avanzata u Matrikola f’Livell Intermedju fejn b’kollox saru 3829 eżami u r-riżultati miksuba, partikolarment dawk fil-livell avanzat jipparagunaw ferm tajjeb mar-riżultati tas-sena li għaddiet.
Dawn huma ftit mis-suġġettieżaminati f’Livell Avanzat u r-riżultati miksuba fihom:
SuġġettMejju 2008                           Mejju 2009
Malti87.2%                                  90.0%
Ingliż73.9%                                  82.4%
Franċiż94.5%                                   92.6%
Taljan79.5%                                  75.4%
Ġermaniż90.9%                                  87.5%
Spanjol94.7%                                  90.5%
Pure Maths64.2%                                  64.7%
Bioloġija87.7%                                  88.1%
Kimika79.7%                                  71.5%
Fiżika78.6%                                  78.3%
Computing79.5%                                  81.9%
Fil-Livell Intermedju r-riżultatiwkoll jistgħu jitqiesu bħala tajbin.  Aktar min-nofs l-istudenti fil-livell avanzat kisbu gradi minn A sa C, jiġifieri fost l-ogħla livelli possibbli.
Minn dawn ir-riżultati jidherli jekk wieħed jieħu l-istess suġġetti fil-Livell Avanzat, fil-Malti minn 430 li għamlu l-eżami kienu 43 biss li ma kisbux riżultati tajbin; minn 575 li għamlu l-Ingliż kienu 101 li ma kisbux riżultat tajjeb; minn 108 student li għamlu l-Franċiż 100 kisbu riżultat pożittiv; fit-Taljan minn 289 għaddew 218 u fil-Ġermaniż minn 24 għaddew 21 filwaqt li fl-Ispanjol minn 42 li għamlu l-ezami 38 kisbu riżultat pożittiv.
Fil-Bioloġija għamlu l-eżamif’livell avanzat  678 student li minnhom għaddew 597; fil-kimika minn 488 kandidat għaddew 349; fil-fiżika minn 549 student għaddew 430 filwaqt li fil-computing minn 226 kandidat għaddew 165.
Dawn ir-riżultati jistgħujitjiebu wara li l-istudenti jingħtaw iċ-ċans li jagħmlu resits mill-eżamijiet li weħlu fihom.
Sadattant il-Ministrutal-Edukazzjoni Dolores Cristina ferħet lill-istudenti li kisbu suċċess u awguratilhom li jkomplu bl-istudji tagħhom f’livell ogħla jew li jsibu karriera li tagħtihom sodisfazzjon u tkun ta’ ġid għalihom u għall-pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow