RIŻULTATI TAJBIN FIL-MATRIKOLA AVANZATA
pr1235
16/07/2009
| Il-Bord tal-Eżamijiet | tal-MATSEC illum ippublika r-riżultati tal-Matrikola Avanzata u Matrikola f’Livell Intermedju fejn b’kollox saru 3829 eżami u r-riżultati miksuba, partikolarment dawk fil-livell avanzat jipparagunaw ferm tajjeb mar-riżultati tas-sena li għaddiet. |
| Dawn huma ftit mis-suġġetti | eżaminati f’Livell Avanzat u r-riżultati miksuba fihom: |
| Suġġett | Mejju 2008 Mejju 2009 |
| Malti | 87.2% 90.0% |
| Ingliż | 73.9% 82.4% |
| Franċiż | 94.5% 92.6% |
| Taljan | 79.5% 75.4% |
| Ġermaniż | 90.9% 87.5% |
| Spanjol | 94.7% 90.5% |
| Pure Maths | 64.2% 64.7% |
| Bioloġija | 87.7% 88.1% |
| Kimika | 79.7% 71.5% |
| Fiżika | 78.6% 78.3% |
| Computing | 79.5% 81.9% |
| Fil-Livell Intermedju r-riżultati | wkoll jistgħu jitqiesu bħala tajbin. Aktar min-nofs l-istudenti fil-livell avanzat kisbu gradi minn A sa C, jiġifieri fost l-ogħla livelli possibbli. |
| Minn dawn ir-riżultati jidher | li jekk wieħed jieħu l-istess suġġetti fil-Livell Avanzat, fil-Malti minn 430 li għamlu l-eżami kienu 43 biss li ma kisbux riżultati tajbin; minn 575 li għamlu l-Ingliż kienu 101 li ma kisbux riżultat tajjeb; minn 108 student li għamlu l-Franċiż 100 kisbu riżultat pożittiv; fit-Taljan minn 289 għaddew 218 u fil-Ġermaniż minn 24 għaddew 21 filwaqt li fl-Ispanjol minn 42 li għamlu l-ezami 38 kisbu riżultat pożittiv. |
| Fil-Bioloġija għamlu l-eżami | f’livell avanzat 678 student li minnhom għaddew 597; fil-kimika minn 488 kandidat għaddew 349; fil-fiżika minn 549 student għaddew 430 filwaqt li fil-computing minn 226 kandidat għaddew 165. |
| Dawn ir-riżultati jistgħu | jitjiebu wara li l-istudenti jingħtaw iċ-ċans li jagħmlu resits mill-eżamijiet li weħlu fihom. |
| Sadattant il-Ministru | tal-Edukazzjoni Dolores Cristina ferħet lill-istudenti li kisbu suċċess u awguratilhom li jkomplu bl-istudji tagħhom f’livell ogħla jew li jsibu karriera li tagħtihom sodisfazzjon u tkun ta’ ġid għalihom u għall-pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984