SKOLA SAJF F’GĦAWDEX – PARTEĊIPAZZJONI TA’ AKTAR MINN 500 TIFEL U TIFLA
pr1232
16/07/2009
| Madwar ħames mitt tifel u tifla mill-iskejjel | primarji ta’ Għawdex, qed jattendu attivitajiet koordinati mill-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni mat-taqsima ta’ Skola Sajf fi ħdan id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, f’ċentri fl-iskejjel fi ħdan il-Gozo College, u f’ċentri oħrajn fl-Oratorju Don Bosco u l-Arka Respite Centre. Bħal snin oħra, f’Għawdex qed jiġi organizzat ukoll Club Sajf. |
| L-attivitajiet organizzati fi tnax-il ċentru | waqt Skola Sajf jiffokaw fuq tagħlim permezz tal-logħob, filwaqt li Club Sajf, li jilqa’ tfal mill-ewwel sat-tielet klassi, jinkludi wkoll tagħlim skolastiku. L-attivitajiet qed ikunu animati minn studenti għalliema u jinkludu żfin, logħob, qari, tpinġija u attivitajiet oħra, fosthom tagħlim fuq prattiċi tajbin għas-saħħa bħal dieta bilanċjata u eżerċizzju fiżiku. Din is-sena qed tittieħed inizjattiva ġdida, fejn żewġ għalliema tat-Taljan qed iduru ċ-ċentri kollha b’mod regolari, sabiex it-tfal jibdew tagħlim bażiku fit-tielet lingwa. Għalliema oħra qed jippreparaw lit-tfal biex fi tmiem is-sajf jiġu organizzati wirjiet ta’ talent bil-parteċipazzjoni tat-tfal miċ-ċentri kollha f’Għawdex. Ser isiru wkoll skambji ta’ attivitajiet bejn tfal li qed jattendu skola sajf f’Għawdex ma’ oħrajn f’Malta. Permezz ta’ dawn l-iskambji studenti Għawdxin ser iqattgħu xi jiem f’Malta filwaqt li grupp ta’ tfal Maltin se jkunu ospitati f’Għawdex. |
| Minbarra attivitajiet fiċ-ċentri, jiġu | organizzati wkoll ħarġiet kulturali. Għal dawn l-aħħar snin Skola Sajf f’Għawdex ingħaqdet ma’ Heritage Malta biex toffri opportunità lit-tfal li jattendu Skola Sajf f’Għawdex, biex isiru jafu aktar dwar il-patrimonju storiku fil-gżira Għawdxija. |
| F’attività li ġiet organizzata dalgħodu | fiċ-Ċittadella, tfal minn żewġ ċentri ta’ Skola Sajf żaru s-sit fejn qegħdin isiru xogħlijiet konnessi mar-restawr tas-swar taċ-Ċittadella. Waqt din iż-żjara, it-tfal ġew murija diversi aspetti b’rabta mal-proċess ta’ restawr ta’ dawn is-swar. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono kienet preżenti waqt din iż-żjara u spjegat kif dan ir-restawr huwa parti minn proġett nazzjonali kofinanzjat minn fondi Ewropej, fejn se jiġu restawrati tul ta’ madwar 6 kilometri ta’ swar madwar Malta u Għawdex b’finanzjament ta’ madwar €36 miljun. Il-Ministru saħqet li lkoll għandna napprezzaw aktar il-wirt storiku ta’ pajjiżna filwaqt li nirrikonoxxu l-importanza tal-konservazzjoni u l-ħarsien tiegħu. |
| Skola Sajf f’Għawdex fetħet din il-ġimgħa u | mistennija tibqa’ għaddejja sa l-ewwel ġimgħa ta’ Settembru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984