IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-KUMMISSARJU GĦOLI GĦAR-RENJU UNIT.
pr1231
16/07/2009
| L-Onor Jason Azzopardi | Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet illum irċieva żjara ta’ kortesija mill-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit, l-Eċċellenza Tagħha Louise Stanton. |
| Fil-laqgħa huma ddiskutew | il-qagħda ekonomika dinjija, u kif il-kriżi internazzjonali qed teffettwa is-swieq Ewropej b’aċċenn għar-Renju Unit u Malta, fid-dawl tal-prospetti għax-xhur li ġejjin. Huma tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. |
| Dr Azzopardi tkellem dwar | iż-żjara tiegħu is-sena l-oħra ġewwa l-Office of Government Commerce f’Londra, li hija l-ekwivalenti fl-Ingilterra għall-Government Property Division (GPD) ta’ Malta. Waqt iż-żjara f’Lulju tal-2008, Dr Azzopardi mexxa eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ma’ diversi esperti biex tittejjeb is-sistema tal-informatika ġewwa l-GPD. Huwa spjega lill-Kummissarju Għoli l-importanza illi l-GPD jkollha sistemi ta’ Teknoloġija tal-Informatika moderni li jirrispondu ghall-eżigenzi tal-lum illi jgħinu lit-Taqsima tilħaq l-għanijiet tagħha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984