Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern f’laqgħat fl-Estonja
pr1230
16/07/2009
| Bejn it-13 u il-15 ta’ Lulju, 2009 il-Ministru | tal-Ġustizzja u l-Intern Carmelo Mifsud Bonnici kien qiegħed f’Talinn l-Estonja, fejn żamm diversi laqgħat mal-Ministru tal-Intern tal-Estonja Marko Pomerants u l-Ministru tal-Ġustizzja Rein Lang. |
| Fil-laqgħat l-partijiet kellhom l-opportunità li | jiddiskutu d-diversi problemi marbuta mas-setturi rispettivi. Flimkien maż-żewġ Ministri tal-Estonja, il-Ministru Mifsud Bonnici ddiskuta wkoll punti li joħorġu mill-Programm ta’ Stokkolma li għandha quddiemha il-Presidenza Svediża tal-Unjoni Ewropea (UE), kif ukoll il-problema tal-immigrazzjoni illegali. |
| Il-Ministri ltaqgħu ma’ diversi uffiċjali | responsabbli mill-ħarsien tal-fruntieri tal-Estonja ġewwa l-gżira Saaremaa u l-belt ta’ Narva fuq il-fruntiera mar-Russja. Huma żaru ċ-ċentri t’operazzjoni u ddiskutew numru ta’ mekkaniżmi li bħalissa qed joperaw bi prijorità fuq kif il-Frontex qed tiffunzjona fit-tramuntana tal-Unjoni Ewropea. |
| Mal-Ministru tal-Ġustizzja Rein Lang ġew | diskussi wkoll punti marbuta mal-kunċett li qed jiġi promoss mill-Unjoni Ewropeja tal-‘e-Justice’ fl-aspetti ċivili, penali u amministrattivi. Iż-żewġ naħat raw dak li qed jiġi propost taħt il-Presidenza Svediża u ddiskutew l-aspetti varji tal-iżviluppi mistennija f’dan il-qasam fix-xhur li ġejjin. |
| F’laqgħa separata, l-Ministru tal-Ġustizzja u | l-Intern Carmelo Mifsud Bonnici ltaqa’ mal-Prim Ministru Andrus Ansip, u filwaqt li saret referenza għal dak li ngħad fiż-żjara reċenti tal-Prim Ministru Malti, issemmiet il-pożizzjoni ta’ pajjiżna għar-rigward tal-proġett pilota mniedi mill-Unjoni Ewropea sabiex persuni bi status ta’ refuġjat u persuni li jingħataw protezzjoni sussidjarja minn Malta jiġu integrati f’pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropeja, kif ukoll l-appoġġ tal-Estonja sabiex l-uffiċċju tal-European Asylum Support Office (EASO) jinfetaħ f’Malta. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984