Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iniedi manwal ta’ gwida għal min isiefer

pr1229
Date Icon 16/07/2009
‘Manwal prattiku u konvenjentibiex l-ambaxxati jkunu ta’ servizz iktar minn qatt qabel…’ Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin niedaktejjeb gwida għall-użu ta’ dawk kollha li jsiefru. Dan il-manwal huwa parti minn eżerċizzju wiesa’ li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħa l-impenn li jwettaq matul dan il-perjodu fejn in-nies jivvjaġġaw iktar u jiltaqgħu ma’ iktar diffikultajiet marbuta mal-preparazzjoni għall-ivjaġġar.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin, l-Onor.  Tonio Borg fisser din il-pubblikazzjoni bħala kumdita’ neċessarja li ilu jinħass il-ħtieġa għaliha. Mhux biss għal dawk li qed jippreparaw li jivvjaġġaw iżda wkoll biex iġġorr miegħek barra mill-pajjiż.
Il-Viċi Prim Ministru qal li dan il-ktejjeb huwaparti minn eżerċizzju kontinwu li l-Ministeru mmexxi minnu daħal għalih sa mill-bidu tal-leġislatura, biex ikun iktar qrib il-poplu. Tenna li permezz ta’ inizjattivi simili, il-perċezzjoni tan-nies lejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed tinbidel u n-nies qed iħossu iktar ir-rilevanza tal-Ministeru fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg tenna lifl-aħħar xhur kien hemm żieda fir-rikjesti minn Maltin u barranin li staqsew dwar diversi materji relatati mas-safar, fosthom dwar passaporti, viża u dokumenti oħrajn li persuna jkollha bżonn biex issiefer. Dan wassal biex il-Ministeru jiġbor din l-informazzjoni fi ktejjeb wieħed li permezz tiegħu l-pubbliku jiffranka milli joqgħod jagħmel ħafna kuntatti sabiex jiġbor l-informazzjoni li jkun meħtieġ.
Din iż-żieda fit-talba għall-informazzjoni tmurid f’id maż-żieda qawwija reġistrata fit-talbiet għall-għajnuna li jirċievu d-diversi ambaxxati u konsulati Maltin. Ta’ min ifakkar li l-għadd ta’ kuntatti mal-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin barra minn Malta fl-ewwel ħames xhur tas-sena qabeż l-ammont tat-talbiet kollha li kien hemm matul it-12-il xahar tal-2008, dan għaliex sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm madwar 7,500 kuntatt. Fl-istess waqt, iċ-ċifri wkoll jindikaw li fl-istess perjodu kien hemm ‘l fuq minn 250 kuntatt mal-Ambaxxati minn kumpaniji kummerċjali kemm lokali kif ukoll barranin li għandhom interess li jinvestu f’Malta.
‘Qabel Issiefer – Passaport ta’ Informazzjoni’huwa l-isem tal-ktejjeb bil-Malti li fih informazzjoni fuq diversi materji li persuna tista’ tiltaqa’ magħhom kemm waqt il-preparazzjonijiet li tkun qed tagħmel biex issiefer, kif ukoll waqt li tkun barra minn Malta. Wieħed isib informazzjoni fuq dokumenti meħtieġa, kif ukoll dwar x’wieħed għandu jagħmel f’każijiet partikolari barra minn Malta, fosthom ta’ mard, inċidenti u żwiġijiet. Fil-pubblikazzjoni hemm inkluża wkoll l-informazzjoni neċessarja dwar l-Ambaxxati u l-Konsolati li jinsabu barra minn Malta.
Il-Ministru Tonio Borg fisser li dan il-ktejjebhuwa utli mhux biss għal dawk li jsiefru fuq xogħol iżda speċjalment għal dawk li ma jsiefrux regolarment u allura ma jkunux midħla ta’ x’jista’ jkollhom bżonn biex isiefru.

Fl-istess waqt il-Ministeru joffri wkoll servizz dettaljat u aġġornat fuq il-website tiegħu www.foreign.gov.mt dwar l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta, kif wieħed jista’ jaċċessahom waqt li jkun imsiefer u x’servizzi joffru. F’din il-website, il-Ministeru jaġġorna regolari kwalunkwe informazzjoni dwar materji relatati mal-pajjiżi.

Dan il-manwal se jkun qed jitqassam mill-binital-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f’Palazzo Parisio fil-Belt Valletta, kif ukoll mill-uffiċini u mill-fergħat tal-kumpaniji li ffinanzjaw din l-inizjattiva. Il-kumpaniji huma l-Middlesea Insurance, il-European Institute of Education, l-Airmalta u l-Banif Bank.
Il-manwal ġie ppubblikat kemm bil-Malti kifukoll bl-Ingliż.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow