Left arrow Mur Lura

DISKUSSJONI DWAR L-INFLAZZJONI: ANALIŻI U PROPOSTI

pr1224
Date Icon 15/07/2009
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech laqa’ l-istedina tal-Oppożizzjoni għal konferenza dwar l-inflazzjoni li ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ Lulju. Il-Gvern se jagħti analiżi tas-sitwazzjoni, il-ħidma li qed iwettaq  u jagħti aktar dettall dwar il-proposti mħabbra minnu dwar dan is-suġġett. Fl-istess waqt se jkun qed jisma’ u jistenna l-proposti tal-Oppożizzjoni.
Filwaqt li l-Gvern jemmen libiex konferenza tkun verament nazzjonali kellha tkun inizjattiva konġunta bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u l-pubbliku ġenerali, il-Gvern xorta aċċetta li jieħu sehem.
Wara diskussjonimas-Segretarju-Ġenerali tal-Partit Laburista, is-Sur Jason Micallef, sar qbil li l-parteċipazzjoni tal-Gvern ma tkunx limitata biss għal intervent waqt din il-konferenza iżda li l-Gvern ikollu wkoll l-ispazju li jfisser il-ħidma tiegħu f’dan il-qasam u jagħti r-reazzjonijiet tiegħu għall-interventi li jkunu saru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow