IL-KWALIFIKI MALTIN SE JKOLLHOM VALUR MIŻJUD FL-EWROPA U PAJJIŻI OĦRA
| Il-Kwalifiki | Maltin se jkollhom valur miżjud meta wieħed japplika għal impieg kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u barra l-Unjoni Ewropea. |
| Dan qalitu l-Ministru | tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina meta dalgħodu attendiet għat-tnedija tal-Qafas tal-Kwalifiki Maltin f’rabta mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki. |
| Il-Ministru qalet li | aktar ma jgħaddi ż-żmien il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki aktar qed jassumi rwol importanti għal dawk kollha li jixtiequ jkomplu t-triq tal-edukazzjoni tul il-ħajja kif ukoll għal min iħaddem, min diġa’ għandu post tax-xogħol kif ukoll għal dawk li qed jfittxu x-xogħol jew jixtiequ jbiddlu x-xogħol tagħhom. |
| Illum tlesta r-rapport | dwar ir-Referenza tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki għall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u minn hawn u ftit ġimgħat oħra se jintbgħat lill-Kummissjoni Ewropea biex dan jitqassam mal-Membri l-oħra ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Dan id-dokument tfassal | wara konsultazzjoni wiesgħa ma’ l-imsieħba soċjali kollha biex nuru kif il-kwalifiki Maltin u l-livelli tal-kwalifiki li hawn Malta huma paragunabbli mal-livelli kif deskritti fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki. Dan kien xogħol tekniku u laborjuż li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ilu jaħdem fuqu mit-tmiem tas-sena l-oħra u l-Gvern hu grat għax-xogħol siewi li dan il-Kunsill wettaq fuq dan ir-rapport. Hu rapport dettaljat u kif wieħed jista’ jara, jagħti spjegazzjoni bir-reqqa ta’ kif din il-komparabilita’ saret bl-aktar mod professjonali. |
| Il-Ministru li dan ma kenitx qed tgħidu hi | biss imma kkonfermawħ ukoll panel ta’ esperti barranin (Scottish Qualifications Authority; Irish National Qualifications Authority u South African Qualifications Authority) u esperti Maltin li qraw u kkumentaw dwar dan ir-rapport kif titlob l-Unjoni Ewropea. Ir-rapport li qed jitqassam illum huwa għalhekk il-prodott ta’ dawn ir-reviews li saru. |
| Xi jfisser li jkollok dan | ir-rapport lest. Iffisser |
· Li Malta flimkien mal-Irlanda, l-Iskozja u l-Ingilterra hi mal-ewwel pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li qabblu l-livelli tal-kwalifiki tagħhom ma’ dawk il-livelli fil-qafas Ewropew tal-Kwalifiki;
· Li Malta se tkun minn ta’ quddiem nett biex tattira aktar studenti jiġu jistudjaw Malta għax is-sistema tagħna hi konformi mal-filosofija ta’ l-Aġenda ta’ Lisbona;
· Li Malta se tkun aktar attraenti għall-investiment għax studenti Maltin se jkollhom il-kwalifiki tagħhom mifhumha u aċċetati fuq livell Ewropew;
· Li dan ir-rapport se jsaħħaħ ir-riformi edukattivi li qed isiru partikolarment fis-sistema obbligatorja kif ukoll dik ta’ edukazzjoni ogħla;
· Li l-kwalifiki Maltin se jkollhom valur miżjud meta wieħed japplika għal impieg kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u barra l-Unjoni Ewropea jiġifieri f’dawk il-dsatax il-pajjiż flimkien ma’ dawk ta’ l-UE li huma Membri tal-Proċess ta’ Bologna;
· Il-kwalifiki Maltin se jkunu konformi mal-Proċessi ta’ Bologna u ta’ Copenhagen li rispettivament isaħħu t-tagħlim ta’ Edukazzjoni Ogħla u dik Vokazzjonali;
· Li dan ir-rapport se jiffaċilita’ (bil-livell tal-kwalifika jidher fuq iċ-ċertifikat) ir-rikkonoxximent tal-kwalifiki Maltin li qed jiżdied b’mod mgħaġġel ħafna. Biżżejjed ngħid li filwaqt li fl-2080 dan il-Kunsill kellu 2160 talba għal rikonoxximent ta’ kwalifiki, (li minnhom ipproċessa 2070 jiġifieri 95%) sa Ġunju ta’ din is-sena diġa’ daħlu 2050 talba għar-rikkonoxximent ta’ kwalifiki;
· Fl-ispirtu tad-Direttiva 36/2005 u r-Rakkomandazzjoni ta’ Lisbona dwar ir-Rikkonoxximent tal-Kwalifiki dan hu rapport li qed jiftaħ toroq ġodda għar-rikkonoximent tat-tagħlim li l-valur tiegħu jilħaq l-istandards stabbiliti fuq livelli internazzjonali – fil-fatt għandi pjaċir inħabbar li bi proċess ta’ komparabilita’ teknika wasalna biex nirrikkonoxxu l-MBAs tal-Maastricht School of Management u Grenoble Graduate School of Management li għal ħafna snin kienu marġinalizzati f’sistema riġida ta’ għarfien tat-tagħlim li ħafna Maltin ħadu matul is-snin;
· Dan hu rapport li qed ipoġġi lil Malta bħala destinazzjoni attraenti għat-tagħlim u t-taħriġ għax għarafna nsarrfu l-isfida li poġġiet quddiemna l-Unjoni Ewropea bħala opportunita’ biex nirriformaw il-kultura ta’ kif naraw il-kwalifika f’pajjiżna u nibdew nagħtu valur għat-taghlim kollu.
Il-Ministru spjegat li dan ir-rapport joffri wkoll gwida ċara għal-dawk li jridu:
jibnu kultura ġdida ta’ kwalifiki
jirrevedu s-sistema tal-kwalifiki fl-istituzzjonijiet ta’ tagħlim u taħriġ tagħhom;
ifasslu kwalifiki li jkollhom rikkonoxximent internazzjonali;
ifasslu standards li fuqhom jibnu kwalifiki ta’ kwalita’;
isarrfu l-kwalifiki f’impjegabilita’ (employability) u tagħlim tul il-ħajja.
Fl-aħħarnett il-Ministru Cristina filwaqt li rringrazzjat lill-membri tal-Kunsill u lill-impjegati tiegħu għall-ħidma kbira li qed iwettqu, ħeġġithom biex ikomplu jaħdmu fuq xogħol ieħor importanti li għandhom quddiemhom u li permezz tiegħu mhux biss ikompli jissaħħaħ is-sistema edukattiv ta’ pajjiżna imma wkoll minnu jibbenefikaw eluf ta’ Maltin u Għawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984