KONFERENZA NAZZJONALI ‘RIFORMA MEPA’ FIL-31 TA’ LULJU 2009
Il-Konferenza Nazzjonali dwar ir-Riforma tal-MEPA se ssir nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju u tibda fit-8.30 a.m. Kull min jixtieq li jattendi u jipparteċipa f’din il-Konferenza Nazzjonali hu mitlub li jċempel fuq in-numru tat-telefon 2200 1464 jew inkella jibgħat e-mail fuq riformamepa@gov.mt .
Intant bħalissa qed jitħaddem servizz ta’ informazzjoni fejn il-pubbliku jista’ jitlob informazzjoni permezz tat-telefon dwar il-proposti li ġew imħabbra. Min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet jista’ jċempel fuq il-linja 188, bejn it-8.00a.m. u l-4.00p.m.
Id-dokument bid-dettalji tar-riforma tal-MEPA jinsab fuq is-sit: www.opm.gov.mt/mepa.
L-iskop tar-riforma hu li l-MEPA tkun aktar konsistenti fid-deċiżjonijiet li tieħu, li tkun aktar effiċjenti fl-operat tagħha lejn il-klijenti u l-pubbliku in ġenerali u li jissaħħu l-kontabbilita’ u l-infurzar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984