STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1215
15/07/2009
| Il-Gvern konsistenti u attiv | dwar it-tibdil fil-klima |
| Il-Gvern għandu pożizzjoni konsistenti u huwa | attiv biex pajjiżna jkun imħejji biex jilqa’ għall-impatt inevitabbli li jkollu jiffaċċja bit-tibdil fil-klima. Dan jikkontrasta bil-kbir mal-baħħ tal-Oppożizzjoni li minkejja li ilha xhur sħaħ li kellha f’idejha l-abbozz tal-istrateġija nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, għada sal-lum ma tat l-ebda reazzjoni għad-dokument. Irid jingħad li kienet l-Oppożizzjoni biss li għażlet li ma tagħti ebda reazzjoni għax għaqdiet oħrajn ipparteċipaw bis-sħiħ u ressqu proposti tul il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. |
| Minn fuq, l-Oppożizzjoni tipprova titfa dubji | fuq il-proċess li għaddej bħalissa u li kien jinvolvi xogħol kbir minn ħafna stakeholders, proċess li minnu kienet nieqsa l-Oppożizzjoni. Il-fatti huma li kien il-Gvern stess li ntrabat li jerġa jagħmel dibattitu parlamentari, ġaladarba jintemm il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Il-Gvern kien ippropona li dan id-dibattitu jsir qabel ma’ l-Parlament jieqaf għas-sajf, pero’ l-Oppożizzjoni kienet uriet ix-xewqa li dan id-dibattitu jitħalla għal wara s-sajf u għalhekk il-Gvern iddeċieda li jaċċetta dik it-talba, minkejja li għall-bidu, l-Gvern kien insista li d-diskussjoni ssir qabel is-sajf. |
| Dan ma jfissirx li l-proċess waqaf; anzi, tant | li l-istrateġija finali ġiet maqbula fil-Kabinett u anke beda l-proċess, u dalwaqt jitħabbru deċiżjonijiet, dwar miżuri oħra li se jieħu l-Gvern biex jiżgura li pajjiżna jkun għal lest quddiem din l-isfida. Iċ-Chairman tal-Kumitat ta’ Esperti mwaqqaf mill-Gvern, is-Sur David Spiteri Gingell kien u għadu involut bis-sħiħ f’dan il-proċess u s-sehem tiegħu, flimkien ma’ dawk kollha li taw sehemhom s’issa, huwa meqjus bħala importanti u kruċjali. |
| Il-ħasra hi li mhux l-istess jista’ jingħad | għall-Oppożizzjoni li mhux biss ma tgħinx, iżda saħansitra tipprova tfixkel u toħloq dubji ineżistenti fuq proċess li hu ta’ importanza nazzjonali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984