REĠISTRAT TITJIB FIR-RIŻULTATI TAS-SEC
pr1208
13/07/2009
| Ir-rata ta’ studenti li għaddew mill-eżamijiet | tas-SEC li għamlu din is-sena hi ta’ 85%. Kien hemm medja ta’ 63% li fl-eżamijiet li għamlu kisbu gradi tajbin bejn 1 u 5. |
| In-numru ta’ eżamijiet li saru fit-33 suġġett | differenti tas-SEC f’livell ordinarju kien jammonta għal total ta’ 7378 eżami. L-aktar suġġett li għalih qagħdu kandidati f’Paper A kien il-Malti filwaqt li f’Paper B l-aktar suġġett popolari kien il-matematika. |
| Din ta’ hawn taħt hi lista ta’ suġġetti bir-rata | ta’ studenti li kisbu gradi bejn 1 u 5 din is-sena u r-riżultati miksuba fl-istess suġġetti s-sena li għaddiet. |
Suġġett 2008 2009
| Malti 58.6% 55.9% | Ingliż 55.1% 56.7% Taljan 63.9% 69.7% Franċiż 75.3% 71.8% Spanjol 68.2% 69.4% Ġermaniż 48.4% 49.7% Reliġjon 60.1% 61.3% Matematika 62.1% 66.6% Fiżika 66.3% 66.6% Kimika 70.8% 70.9% Bioloġija 61.7% 62.3% |
| Ta’ min jinnota li dawn ir-riżultati jistgħu | jkomplu jitjiebu wara li jsiru r-resits tal-eżamijiet u jkunu riveduti l-karti tal-eżami ta’ dawk li jitolbu reviżjoni tal-karti tagħhom. |
| Meta meqjusa r-riżultati kollha miksuba | fit-33 suġġett differenti kien innutat titjib fuq ir-riżultati miksuba s-sena li għaddiet. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina ferħet lill-istudenti li għaddew minn dawn l-eżamijiet u awguratilhom li jkompli bl-isudji tagħhom f’livelli ogħla tal-edukazzjoni filwaqt li ħeġġet lil dawk li għandhom xi resit biex jagħmlu sforz biex jiksbu riżultati li jagħtuhom sodisfazzjon u jgħinuhom ikomplu jistudjaw. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984