Left arrow Go Back

REĠISTRAT TITJIB FIR-RIŻULTATI TAS-SEC

pr1208
Date Icon 13/07/2009
Ir-rata ta’ studenti li għaddew mill-eżamijiettas-SEC li għamlu din is-sena hi ta’ 85%. Kien hemm medja ta’ 63% li fl-eżamijiet li għamlu kisbu gradi tajbin bejn 1 u 5.
In-numru ta’ eżamijiet li saru fit-33 suġġettdifferenti tas-SEC f’livell ordinarju kien jammonta għal total ta’ 7378 eżami. L-aktar suġġett li għalih qagħdu kandidati f’Paper A kien il-Malti filwaqt li f’Paper B l-aktar suġġett popolari kien il-matematika.
Din ta’ hawn taħt hi lista ta’ suġġetti bir-ratata’ studenti li kisbu gradi bejn 1 u 5 din is-sena u r-riżultati miksuba fl-istess suġġetti s-sena li għaddiet.

Suġġett 2008 2009

Malti 58.6% 55.9%Ingliż 55.1% 56.7% Taljan 63.9% 69.7% Franċiż 75.3% 71.8% Spanjol 68.2% 69.4% Ġermaniż 48.4% 49.7% Reliġjon 60.1% 61.3% Matematika 62.1% 66.6% Fiżika 66.3% 66.6% Kimika 70.8% 70.9% Bioloġija 61.7% 62.3%
Ta’ min jinnota li dawn ir-riżultati jistgħujkomplu jitjiebu wara li jsiru r-resits tal-eżamijiet u jkunu riveduti l-karti tal-eżami ta’ dawk li jitolbu reviżjoni tal-karti tagħhom.
Meta meqjusa r-riżultati kollha miksubafit-33 suġġett differenti kien innutat titjib fuq ir-riżultati miksuba s-sena li għaddiet.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina ferħet lill-istudenti li għaddew minn dawn l-eżamijiet u awguratilhom li jkompli bl-isudji tagħhom f’livelli ogħla tal-edukazzjoni filwaqt li ħeġġet lil dawk li għandhom xi resit biex jagħmlu sforz biex jiksbu riżultati li jagħtuhom sodisfazzjon u jgħinuhom ikomplu jistudjaw.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow