Malta u l-Awstralja f’taħditiet sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi u kummerċjali bejniethom
pr1207
13/07/2009
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin, Tonio Borg, qal li Malta u l-Awstralja se jkomplu jaħdmu mill-qrib sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi u fl-istess waqt jitkattru r-rabtiet ekonomiċi bejn iż-żewġ naħat fl-isfond tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u tal-adozzjoni tal-munita ewro. Dan ħareġ mit-taħditiet li l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Tonio Borg, kellu mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstraljan, Stephen Smith, illum waqt iż-żjara tiegħu f’Malta. |
| Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg iddiskriva | r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi bħala eċċellenti. Huwa ħabbar li d-diskussjonijiet mal-Gvern Awstraljan biex jinħatru żewġ Konsli Onorarji ġodda għal Brisbane u Gold Coast waslu fl-aħħar fażi. |
| Il-Ministru Tonio Borg enfasizza l-importanza li | dawn ir-relazzjonijiet bilaterali jissaħħu għaliex b’hekk il-komunita` kbira Maltija li teżisti f’diversi inħawi fl-Awstralja tkun tista’ tkompli tibbenefika minn dawn ir-rabtiet. Huwa fakkar kemm il-Maltin fl-Awstralja komplew jgħożżu f’qalbhom dak kollu li huwa ta’ art twelidhom, u l-Gvern Malti jirrikonoxxi dan u jżomm quddiem għajnejh il-bżonnijiet tal-Maltin li matul is-snin emigraw lejn dan il-kontinent. Dan urieh ċar f’diversi sitwazzjonijiet fosthom bit-tibdil fil-liġi taċ-Ċittadinanza li seħħet fl-2007 li permezz tagħha ibbenifikaw mijiet ta’ dixxendenti Maltin li gawdew għaliex b’dan it-tibdil setgħu jikkwalifikaw għaċ-ċittadinanza doppja. |
| Min-naħa tiegħu l-Ministru Awstraljan, filwaqt | li stqarr li llum hemm madwar 400,000 dixxendent ta’ nazzjonalita` Maltija fl-Awstralja, l-Awstralja tħares lejn Malta bħala ħabib speċjali fl-Unjoni Ewropea. F’materji li jkollha l-Awstralja mal-Unjoni Ewropea, l-Awstralja qiegħda dejjem tfittex u ssib l-appoġġ ta’ Malta. Huwa stqarr li filwaqt li jista’ jsir iktar fejn jidħol negozju u kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi, iż-żjara ta’ Ministru Awstraljan f’Malta wara nuqqas ta’ 17-il sena hija indikazzjoni li l-Awstralja lesta taħdem ferm iktar ma’ Malta. |
| Fl-isfond ta’ dan, il-Viċi Prim Ministru saħaq | fuq l-importanza li l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi jissaħħaħ f’diversi oqsma u fl-istess waqt tħabbar li ż-żewġ naħat se jikkommettu ruħhom sabiex jindividwaw dawk l-oqsma li jista’ jkun hemm potenzjal qawwi għal żvilupp kummerċjali; fosthom il-potenzjal għall-investimenti fil-qasam tat-teknoloġija tal-enerġija alternattiva u rinnovabbli, farmaċewtika u oħrajn marbuta mat-tħaris tal-ambjent. Malta se tkun qed tixtri 4 laneċ mill-Awstralja biex jintużaw mill-Forzi Armati ta’ Malta, liema laneċ diġa` bdew jinbnew fl-Awstralja. |
| Il-Viċi Prim Ministru temm jgħid li Malta u | l-Awstralja minkejja li huma totalment ta’ daqs differenti u li jinsabu ’l bogħod minn xulxin xorta waħda għandhom ħafna viżjonijiet simili fuq diversi setturi. Filwaqt li fakkar kif li ż-żewġ pajjiżi jagħmlu parti mill-Commonwealth, il-Minsitru Tonio Borg ta analiżi tal-problema tal-immigrazzjoni irregolari li pajjiżna affaċċja fl-aħħar snin. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984