AVVIŻ MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA TAL-PJANTI DWAR QTUGĦ TA’ PALM GĦALl-UŻU TAL-KANNIZZATI
pr1203
13/07/2009
| Peress li s-siġra tal-palm għandha ħafna użu | minbarra t-tisbieħ tal-ambjent u hija tradizzjoni komuni li tintuża l-ispeċi Phoenix fl-industrija tas-sajd, id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti javża b’dan li ġej: |
| Fix-xahar ta’ Awissu huwa komuni ħafna li | s-sajjieda jaqtgħu diversi friegħi tal-palm, biex jintużaw għall-kannizzati bħala kenn għall-lampuki. Qtugħ ta’ friegħi tal-palm ghandu jkun segwit bi trattamenti preventivi kontra l-Bumunqar Aħmar tal-Palm, billi jintużaw insettiċidi u taħlita li tgħatti l-ferita fil-palma, peress li l-Bumunqar Aħmar tal-Palm iħobb ibid f’qatgħat friski fil-palma. |
| Peress li l-Canary Palm (Phoenix | canariensis) hija waħda mill-iktar speċi suxxettibli għal dan l-insett, attenzjoni speċjali għandha tingħata lil din il-palma. Din hija l-ikbar fost il-palm u għandha friegħi ħodor skuri, b’xewk ippuntat. |
| Malta, bħal pajjizi oħra fl-Ewropa għandha | problema bil-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Rhynchophorus ferrugineus). Dan għandu ħabta jtaqqab il-palma u kapaċi joqtol il-palma fi ftit żmien, u kapaċi wkoll itir distanzi twal. Huwa importanti li min juża friegħi tal-palm għas-sajd għandu jiżgura li dawn jiġu minn palm li mhux infettat bil-Bumunqar aħmar biex titnaqqas il-firxa ta’ dan l-insett. |
| Il-friegħi għandhom jinqatgħu qosra kemm jista’ | jkun biex ikun evitat li jintużaw biċċiet infettati li normalment ikunu fil-parti t’isfel tal-fergħa. Il-parti t’isfel tal-fergha li tkun inqatgħet għandha titgħatta b’taħlita taż-żabra. Min-naħa l-oħra, il-palma li minnha ttieħdu l-friegħi għandha tkun imbexxa b’insettiċida adattat. Dan it-trattament għandu jiġi ripetut għal tliet darbiet konsekuttivi biex is-siġra tkun protetta bl-aħjar mod. |
| Biex | tiġi kkontrollata l-firxa ta’ dan l-insett qerriedi, friegħi tal-palm li jkunu se jintużaw mis-sajjieda għadhom jinġabru minn post komuni, fejn il-qtugħ tal-friegħi jkun ikkontrollat. |
| F’Malta dawn il-friegħi għandhom jinġabru | mill-Environmental Landscapes Consortium Limited (ELC), prinċipalment f’Wied Inċita, filwaqt li Għawdex jinġabru mis-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, wara li persuni interessati jippreżentaw riċevuta maħruġa mill-Fisheries Section f’Għawdex. |
| Biex | nieħdu ħsieb din il-problema, id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti jitlob lill-persuni involuti f’dawn l-attivitajiet biex jikkoperaw. Persuni nvoluti għandhom jimxu mal-Avviz Legali 42 tal-2009, Plant Quarantine Act (Cap 433) Control of the Red Palm Weevil Regulations, 2009, u gwidi rispettivi, bħal m’hu stipulat f’regola 8 u 6 (6) fejn iż-żabra u attivita’ simili fuq pjanti suxxettibli, għandha dejjem issir taħt supervizjoni tad-Dipartiment li jagħti struzzjonijiet dwar dan il-qtugħ ta’ friegħi. |
| Attivita’ bħal din ma tistax issir jekk ma jkunx | hemm approvazzjoni bil-miktub mid-Dipartiment, mhux inqas minn ħmistax-il-ġurnata qabel tkun se ssir iż-żabra jew attivita’ simili. |
| Infestazzjoni bħal din tista’ tiġi kkontrollata | biss jekk il-persuni kollha jagħmlu l-parti tagħhom. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fuq numru 2339 7100. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984