Left arrow Mur Lura

Jintbagħtu l-vouchers għal-bozoz energy saving b’xejn f’Għawdex kollu

pr1201
Date Icon 12/07/2009
Issa li t-tqassim tal-vouchers għal-bozoz energysaving b’xejn għal-kull familja daħal fl-aħħar fazi tiegħu, intbagħtu l-Vouchers kolla tal-lokalitajiet ta’ Għawdex. B’kollox madwar il-Gżira t’Għawdex tqassmu ‘l fuq minn 10,000 voucher li jissarraf b’bozoz energy saving b’xejn skond id-daqs tal-familja.
Madwar Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ġranettqassmu mal-100,000 voucher. Minkejja l-fatt li t-tqassim tal-vouchers se jkun tlesta fil-ġranet li ġejjin il-pubbliku għandu sal-aħħar t’Ottubru sabiex isarraf dan il-voucher.

Huwa mportanti li kull min imur isarraf il-voucher jippreżenta lil tal-ħanut tal-għażla tiegħu l-karta’ tal-identita’. Il-lista sħiħa ta’ ditti u ħwienet approvati f’din l-iskema tista’ tinkiseb mis-sit eletroniku tal-Ministeru www.mrra.gov.mt. 

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numru freephone 80072212 jew jibgħat email fuq energyswitch@gov.mt.   

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow