Imniedi s-servizz ta’ ambulanza għal annimali abbandunati
pr1198
10/07/2009
| Illum il-Gvern | għaddha ambulanza oħra lil NGO Noah’s Ark biex ikompli jisaħħaħ is-servizz li beda bi prova fl-ewwel ta’ Gunju ta’ din is-sena. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-affarijiet Rurali George Pullicino llum ukoll iffirma ftehim mal-NGO Noah’s Ark li qegħda tmexxi dan is-servizz ta’ 24 siegħa kuljum imħallas mill-Gvern. |
| Permezz ta’ dan is-servizz u l-kuntratt li | l-Gvern daħal għalih ma’ din l-NGO se jkun qed jisaħħaħ dan is-servizz tant importanti għal ħarsien tal-annimali abbandunati. Il-Ministru Pullicino qal li matul dan ix-xahar ta’ prova daħlu ‘l fuq min 100 każ ta’ emergenza gie moqdi barra diversi każi oħra ta’ klieb u qtates li kienu abbandunati f’toroq traffikużi u li anke bl-għajnuna tad-dipartiment għat-tratament xieraq tal-Annimali ġew miġbura f’ħin f’waqtu biex b’ hekk ġie evitat li dawn l-annimali jispiċċaw milquta mill-karozzi. |
| Is-sistema tal-ambulanza taħdem billi | ċ-ċittadini li jkunu jridu jirrapurtaw każ ta’ annimali abbandunati jew mweġġa jcemplu d-depot tal-pulizija fuq in-numru 21224001 u l-pulizija ssejjaħ għall-ambulanza. Permezz ta’ żewġ ambulanzi f’Malta u oħra f’Għawdex mmexija mill-Gozo SPCA qed tingħata attenzjoni veterinarja immedejata lil dawk l-annimali kollha li jkunu sfaw imweġġa fit- triq . |
| Il-Ministru Pullicino qal li dan | kollu jikkumplimenta l-politika tal-Gvern favur l-annimali. Il-binja taċ-ċentru tal- Animal Welfare ġewwa Ta’ Qali hija issa lesta mill-kostruzzjoni u bdew ix-xogħolijiet marbuta mal-finishing tal-proġett. Matul l-aħħar ġranet ukoll harġet sejħa pubblika għal dawk l-entitajiet interessati biex jidħlu bis-sħab mal-Gvern fit-tmexxija ta’ dan iċ-ċentru. L-għan primarju ta’ dan iċ-ċentru se jkun biex jingħataw trattament xieraq u f’waqtu lil-annimali abbandunati. Dan iċ-ċentru se jservi ta’ post minn fejn ħafna servizzi bħal dawk ta’ neutering tal-strays u micro chipping ikun jista jingħata. Il-Ministru Pullicino fakkar li dan kollu qed ikun possibbli għax sena ilu twaqqaf direttorat għal-ħarsien tal-annimali fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-affarijiet Rurali. |
| Il-Ministru Pullicino filwaqt li ħabbar li | fil-ġimghat li ġejjin se terġa tiġi mnedija l-kampanja għan neutering tal-klieb u l-qtates abbandunati bi shab mal-NGO’s, irringrazzja lill-NGO’s tax-xogħol volontarju li jagħmlu b’risq l-annimali Gozo SPCA, SPCA Malta, AAA, Noah’s Ark, Island Sanctury, Happy Paws, Animal Rights Group, National Cat Society, SASG u Share Malta Foundation. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984