Left arrow Mur Lura

Imħabbra r-Riforma tal-Iskejjel Speċjali

pr1197
Date Icon 10/07/2009
Ir-Riforma tal-Iskejjel Speċjali li dwarhatnieda dokument ta’ konsultazzjoni llum għandha l-iskop ewlieni li tfal b’diżabilita jkunu kapaċi jimxu ‘l quddiem u jirnexxu daqs tfal oħra billi jingħataw l-għajnuna u r-riżorsi li għandhom bżonn.
Metantroduċiet din ir-riforma f’laqgħa ma’ amministraturi fl-edukazzjoni, għalliema, ġenituri ta’ tfal li jattendu skejjel speċjali u persuni oħra involuti fil-qasam tal-Edukazzjoni Speċjali, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina qalet li m’hemmx dubju li l-edukazzjoni hi dritt fundamentali tal-bniedem u s-sies għal soċjeta` aktar ġusta.  Mill-banda l-oħra l-edukazzjoni inklużiva u speċjali  toffri l-mezzi li bihom tista’ tintlaħaq l-edukazzjoni għal kulħadd.
L-Edukazzjoni inklużiva u speċjali  hi kunċettli dejjem jevolvi u l-proposti li qed inressqu llum għandhom l-iskop ewlieni li nipprovdu edukazzjoni ta’ kwalita` għolja għal kulħadd irrispettivament f’liema skola jew ċentru jattendu u l-livell ta’ ħiliet li l-istudenti jirnexxielhom jilħqu.
Tuldawn l-aħħar snin rajna żviluppi kbar iseħħu u l-mira tagħna hi li kemm jista’ jkun l-istudenti jattendu skejjel regolari. Iżda, fl-istess ħin, għandna nżommu f’moħħna l-bżonnijiet individwali ta’ kull student.
Humal-bżonnijiet tal-istudent individwali li għandhom jiggwidawna f’liema ċentru jew skola għandu jattendi l-istudent biex huwa jkollu l-aħjar aċċess għall-Kurrikulu Nazzjonali. Uħud mill-istudenti, dan l-aċċess ikunu jistgħu jilħquh aħjar minn ċentri mgħammra apposta u bi programmi speċjalizzati. Id-deċiżjoni għandha tkun waħda nfurmata u tittieħed wara  diskussjoni mal-istudent, mal-ġenituri, ma’ edukaturi u professjonisti oħra  fl-aħjar interess tal-istudent.
Dinir-rifoma trid twassal biex l-iskejjel speċjali jiġu żviluppati f’ċentri ta’ riżorsi. Nafu li din ir-riforma se ġġib magħha diversi sfidi li lesti li niffaċċjaw. Nemmnu li dawn l-iskejjel ma għandhomx ikunu magħluqa fihom infushom, iżda għandhom jibdew jagħmlu parti mis-sistema tal-kulleġġi. Dawk li jagħtu servizz f’dan il-qasam għandhom jaqsmu l-esperjenza vasta tagħhom ma’ studenti li għandhom bżonnijiet edukattivi individwali u mal-kollegi tagħhom li jaħdmu ma’ dawn l-istudenti fi skejjel regolari kif ukoll f’istituzzjonijiet edukattivi u vokazzjonali oħra bħall-MCAST u l-ITS.
Dawnl-iskejjel għandhom il-potenzjal li jinbidlu f’Ċentri ta’ Riżorsi speċjalizzati li jilħqu l-bżonnijiet tal-istudenti kollha, qegħdin fejn qegħdin jieħdu l-edukazzjoni tagħhom.
Wieħed ma jistax jara din ir-riforma f’iżolamentminn riformi oħra li qed iseħħu u minn inizjattivi oħra li qed jittieħdu fil-qasam edukattiv.
Semmiet ukoll ir-riformi li qed iseħħufir-rigward tat-Tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja u dik dwar il-Ħiliet Bażiċi fl-Edukazzjoni Primarja.
Il-Ministru fakkret f’inizjattivi li qedjittieħdu mill-MCAST. Twaqqaf Bord apposta biex jassigura li din l-istituzzjoni tkun waħda tabilħaqq inklużiva. Permezz ta’ ħidma speċifika u ffukata għandhom ikomplu jkunu żviluppati programmi li jirrispondu għall-bżonnijiet differenti li jkollhom l-istudenti u tagħmilha possibli għalihom li jsegwu taħriġ vokazzjonali.
Dawnir-riformi kollha flimkien iridu jaħdmu id f’id biex nassiguraw, fost l-oħrajn, li jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalita’ għal kulħadd u jgħollu l-istandards ta’ edukazzjoni u livelli ta’ kisbiet.  Iżda fuq kollox għandhom ikomplu jsaħħu l-impenn li sar f’dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-edukazzjoni inklużiva u speċjali.
Il-Ministru Cristina rringrazzjat lill-ġeniturital-impenn sħiħ u l-għożża li juru ma’ uliedhom.  Irringrazzjat ukoll lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni inklużiva u speċjali sew jekk fi skejjel jew ċentri speċjali kif ukoll fi skejjel regolari.  Il-ħidma sfieqa tagħhom wasslet biex illum nistgħu nagħmlu pass ieħor fl-aħjar interess tal-istudenti tagħna.
Il-Ministru appellat biex inħarsu ‘l quddiemb’ottimiżmu lejn il-proċess ta’ konsultazzjoni li ħa jibda mil-lum u nassiguraw li dan iħalli l-frott mixtieq fl-aħjar interess tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.
“Ejja naħdmu flimkien biex nirfinaw dinil-proposta ta’ riforma u ejja naħdmu fimkien, b’impenn akbar, biex tirnexxi”, temmet tgħid il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow