IMNEDIJA SKEMA TA’ GĦAJNUNA GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET MILL-KUNSILLI LOKALI
pr1196
10/07/2009
| Bħala parti mill-miżuri tal-gvern | biex jgħin fl-iżvilupp ta’ lokalitajiet sostenibbli, tnieda fond konġunt ta’ €250,000 bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, sabiex jassisti l-Kunsilli lokali fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet matul is-sena. Din l-iskema ta’ għajnuna tniedet mill-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni flimkien mal-Onor Mario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu. |
| L-għanijiet tal-iskema huma dawk | imqiegħda fil-Politika tal-Gvern Lokali u fil-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu: i.e. il-ħtieġa tad-diversifikazzjoni tal-prodott; it-tnaqqis fl-istaġjonalità u d-distribuzzjoni aħjar tal-effett tat-turiżmu bejn il-lokalitajiet. Din l-iskema qed tagħti inċentiv lill-Kunsilli Lokali biex jipproponu inizjattivi biex jippromwovu l-aspetti kulturali tal-lokalitajiet tagħhom u l-identità partikulari li ssawwarhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari Said stqarr li din | is-sena iż-żewġ Segretarjati Parlamenari qed jgħaqqdu r-riżorsi taghħhom flimkien ukoll mal-MTA biex jibnu fuq l-impatt pożittiv tal-ewwel skema li din is-sena qed tgħin 27 lokalità. Grazzi għal dan il-ftehim l-ammont provdut għal din l-iskema kważi rdoppja għall-2010. |
| “Permezz ta’ din l-inizjattiva | rajna li l-attivitajiet ma baqgħux isiru biss fil-lokalitajiet ‘primarji’ imma ġew estiżi wkoll għal lokalitajiet mhux tradizzjonalment kunsidrati li jattiraw ammont konsiderevoli ta’ nies minn barra r-raħal jew minn turisti. B’hekk qed nagħrfu nisfruttaw il-potenzjal tal-irħula u l-ibliet tagħna u noħolqu kuxjenza tad-diversità kulturali f’pajjiżna,” kompla Dr Said. |
| Huwa qal li l-iskema qed tinkoraġġixxi | lill-Kunsilli Lokali sabiex jiffurmaw konsorzja bejniethom bl-għan li joħolqu avvenimenti li jħallu impatt ikbar, u b’hekk ikunu jappellaw għal numru ikbar ta’ udjenzi, speċjalment fil-perjodi meqjusa bħala ‘shoulder months’ fit-turiżmu. |
| Dr | Said temm billi ħabbar li d-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet sottomessi mill-Kunsilli Lokali hija l-11 ta’ Settembru 2009; u li l-perjodi eliġibbli għall-avvenimenti huma mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-15 ta’ Ġunju 2010 u mill-15 ta’ Settembru 2010 sat-31 ta’ Diċembru 2010. |
| Is-Segretarju Parlamentari de | Marco qal li l-iskema hija maħsuba wkoll sabiex il-Kunsilli Lokali jaraw kif jisfruttaw il-wirt kulturali u storiku tagħhom permezz ta’ attivitajiet li minnhom igawdu l-Maltin, u fl-istess ħin jarrikkixxu l-kalendarju ta’ attivitajiet li aħna noffru lit-turisti li jżuruna. Huwa rrefera għal stħarriġ tal-MTA, li juri li s-sena l-oħra huma stmati li Malta ġew aktar minn 170,000 turist apposta minħabba l-wirt storiku u l-kultura tagħna – i.e. madwar 13% tat-turisti kollha li żaru pajjiżna. |
| “L-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu | (UNWTO) tisħaq fuq dak li ssejjaħ il-kunċett ta’ ‘creative city’ – fejn il-kultura u t-tradizzjoni jingħaqdu mal-wirt storiku u mal-industrija tal-intratteniment sabiex jattiraw it-turisti,” kompla Dr de Marco. |
| Huwa | temm jgħid li fil-kuntest tal-kriżi internazzjonali li qed tolqot lill-industrija turistika, din l-iskema, flimkien ma’ inizjattivi oħrajn meħudin mill-Gvern fl-aħħar xhur huma mod tanġibbli kif inkomplu ngħinu lill-industrija tiffaċċja din is-sitwazzjoni. |
| “Sfortunatament, qegħdin inqabblu r-riżultati | fit-turiżmu mal-2008, li kienet sena ta’ rekord assolut. Tajjeb li jingħad li fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena qegħdin fl-istess livell tal-2007 – li fiha nnifisha kienet ukoll sena rekord. Dan ifisser li għalkemm mhux se tkun sena faċli, m’għandniex naqtgħu qalbna u konvint li bis-sehem ta’ kulħadd, inkluż dak tal-Kunsilli Lokali, se nkunu kapaċi negħlbu l-isfidi li għandna quddiemna.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984