Left arrow Go Back

Studenti li jagħmlu Degree fl-MCAST bl-istess stipendju daqs dawk fl-Universita’

pr1195
Date Icon 10/07/2009
Studenti tal-MCAST li mis-sena akkademika lijmiss jagħżlu li jibqgħu jistudjaw għal degree fl-istess istituzzjoni, se jingħataw l-istess stipendju bħal studenti li qed jistudjaw għal degree fl-Universita’.  Dan qed isir għax il-Gvern jitratta l-isudenti bl-istess mod u allura min jagħżel li jagħmel degree jew diploma fl-MCAST jiehu għotja ta’ manteniment daqs min qed jagħmel l-istess livell ta’ studju fl-Universita`.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport Dolores Cristina ġeddet din il-wegħda tal-Gvern meta kienet qed tiftaħ l-esibizzjoni ta’ xogħolijiet ta’ studenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn fl-MCAST.
Dinhi s-seba’ esibizzjoni annwali ta’ proġetti maħduma minn studenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST li fiha qed jieħdu sehem madwar 100 student.  Fl-esibizzjoni qed naraw parti żgħira ħafna mix-xogħol li dawn l-istudenti għamlu matul is-sena akkademika li għaddiet.
L-istudenti li qed jesibixxu x-xogħlijiettagħhom kienu qed isegwu programmi ta’ studju differenti li jvarjaw minn Diploma fl-Arti u d-Disinn, National Diploma in Design Crafts, Foundation Diploma in Art and Design, Higher National Diploma in Graphic Design u Higher National Diploma in 3D Design.
Dinis-sena, l-Istitut nieda żewġ korsijiet ġodda fil-livell ta’ Higher National Diploma – wieħed f’Interactive Media u ieħor fil-Fine Arts. Dan tal-aħħar hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fuq bażi full time li qed isir f’Malta.
Huevidenti li minn sena għal sena, il-proġetti esibiti f’din il-wirja qed ikunu ta’ livell dejjem aktar għoli.  Dan juri l-ħiliet tal-isudenti u jagħti prova oħra, jekk qatt kien hemm bżonn, tas-suċċess li kiseb l-MCAST u tal-ġid kbir li qed jagħmel billi joffri opportunitajiet kbar f’diversi oqsma liż-żgħażagħ tagħna.
Danhu Istitut li kull sena qed jinvesti aktar flus f’għodda u apparat tal-ogħla kwalita’ bl-iskop li jagħti lill-istudenti tagħna tagħlim tal-ogħla livell. L-istudju tal-Arti u d-Disinn jipprovdi lill-istudenti b’varjeta’ ta’ ħiliet kreattivi, ħiliet li jgħinhom isolvu problemi li jiltaqgħu magħhom u jgħinhom ukoll jiżviluppaw u jevalwaw soluzzjonijiet diversi għal kull problema.
Fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti li qed tolqotħażin lil pajjiżna kif laqtet lill-bqija tad-dinja, il-Ministru sostniet li hu dover tal-amministraturi tal-qasam edukattiv li jippreparaw lill-isudenti tagħna b’varjeta’ dejjem akbar ta’ ħiliet biex ikunu aktar flessibbli u allura jkun aktar faċli għalihom li jsibu mpjieg xieraq.
Il-ħiliet imprenditorjali huma wkoll meħtieġabiex l-istudenti tagħna jiżviluppaw il-personalita’ tagħhom u jkunu aktar indipendenti. Għalhekk hu meħtieġ li ngħinuhom biex jibnu networks u relazzjonijiet ma’ persuni u minn oqsma differenti tal-ħajja u l-industrja.
Il-Ministru qalet li kienet ideja ferminteressanti u ta’ min jinkoraġġiha li din is-sena l-Istitut tal-Arti u d-Disinn, għall-ewwel darba organizza dik li ssejħet Progress Week li matulha madwar 250 student offrew l-enerġija u l-ħiliet tagħhom fil-volontarjat u ħadmu f’diversi organizzazzjonijiet fosthom l-Isptar Monte Carmeli, id-Dar tal-Provvidenza, fi skola primarja tas-Sorijiet, fl-iskola Santa Monica u anke fil-Junior Lyceum tas-subien f’Verdala.  Hi ħeġġet aktar żgħażagħ biex jagħtu sehmhom fil-volontarjat.
Is-suċċess ta’ dan l-Istitut jixduh ukollin-numru dejjem akbar ta’ studenti li jirnexxielu jattira lejh.  Meta fetaħ l-MCAST fl-2001 dan l-Istitut kellu 167 student.  Is-sena li għaddiet dan in-numru żdied għal 425 student u hu mistenni li f’Ottubru li ġej in-numru ta’ dawn l-istudenti jiżdied għal 500.
Huta’ nteress ukoll li wieħed jinnota li l-Istitut tal-Arti u d-Disinn bħal Istituti oħra fi ħdan l-MCAST qed iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-industrja tagħna.  Fil-fatt, fis-sena akkademika li jmiss se jniedi żewġ korsijiet oħra fil-qasam tal-media, li qed jikber ħafna u qed jokrob għal nies imħarrġa sew fil-media u t-televiżjoni.  Dawn il-korsijiet se jingħataw fi studios ġodda li nbnew fl-Istitut stess b’fondi tal-Unjoni Ewropea.
Minndin is-sena wkoll dan l-Istitut se joffri l-possibbilta’ lill-istudenti tiegħu, flimkien ma’ tliet Istituti oħra tal-MCAST, li jkomplu jistudjaw biex jiksbu degree.  Sal-lum, studenti li riedu jiksbu Degree fl-Arti u d-Disinn kienu jridu jmorru barra minn Malta.
Fl-aħħarnett il-Ministru ferħet lill-istudentili qed jesibixxu x-xogħol tagħhom fil-wirja, awguratilhom aktar suċċessi fil-futur u li jagħmlu karriera li tagħtihom ħafna sodisfazzjon.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow