Left arrow Go Back

Linja 188 u r-riforma tal-MEPA fuq www.opm.gov.mt/mepa

pr1192
Date Icon 10/07/2009
Wara li l-bieraħ tħabbrud-dettalji tar-Riforma tal-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), beda jitħaddem servizz ta’ informazzjoni fejn il-pubbliku jista’ jitlob informazzjoni permezz tat-telefon dwar il-proposti li tħabbru.
Min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet jista’jċempel fuq il-linja 188, bejn it-8.00 a.m. u l-4.00 p.m.

Sadanittant, id-dokument bid-dettalji tar-riforma tal-MEPA jinsab fuq is-sit www.opm.gov.mt/mepa

Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar se ssir Konferenza Nazzjonali dwar ir-Riforma fil-MEPA.  Min irid jagħmel xi suġġerimenti jew kummenti qabel il-Konferenza Nazzjonali, jista’ jagħmel dan b’e-mail fuq mepareform@gov.mt jew riformamepa@gov.mt

L-iskop tar-riforma hu li l-MEPA tkun aktar konsistenti fid-deċiżjonijiet li tieħu, li tkun aktar effiċjenti fl-operat tagħha lejn il-klijenti u l-pubbliku in ġenerali u li jissaħħu l-kontabbilita’ u l-infurzar. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow