OPPORTUNITAJIET ĠODDA TA’ XOGĦOL MAL-PROGRAMM TRANSFRONTERJALI ITALJA-MALTA 2007-2013 TAĦT IL-KOOPERAZZJONI TERRITORJALI
| Bħala l-Koordinatur Nazzjonali | tal-Programm Transfronterjali Italja-Malta 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tinforma li nfetħu diversi opportunitajiet ta’ xogħol fi ħdan dan il-Programm. |
| Il-Programm Italja-Malta | (2007-2013) li huwa mmaniġġjat mill-Presidenza Regione Siciliana, għandu l-għan li joħloq kooperazzjoni bejn reġjuni differenti fi Sqallija u l-Gżejjer Maltin. Din il-kooperazzjoni tissarraf fi proġetti, fejn entitajiet eliġibbli għall-finanzjament, jaqsmu bejniethom l-aħjar prattika u esperjenza filwaqt li joħolqu strateġiji u strumenti li jkattru l-iżvilupp reġjonali, l-immodernizzazjoni ekonomika u l-koeżjoni soċjali. |
| Hemm opportunita` ghal tlett esperti biex | jiffurmaw is-Segretarjat Tekniku Konġunt (STK) tal-Programm Italja-Malta. Dawn iridu jieħdu ħsieb l-immaniġġjar u s-sorveljanza tal-Programm, kif ukoll il-qasam tal-Komunikazzjoni. Dawn l-impjiegi ser jibdew fl-2009. |
Id-data tal-għeluq ghall-applikazzjonijiet flimkien mal-linji gwida jinsabu fis-sejħa li tista’ tinkiseb minn dawn il-websajts: http://www.euroinfosicilia.it/, http://www.gurs.regione.sicilia.it/Gazzette/concorsi/g09-06c.pdf u http://www.ppcd.gov.mt.
Dawn id-dokumenti se jagħmlu parti mill-ewwel stadju ta’ valutazzjoni tal-kandidati. Dawk il-kandidati li jgħaddu minn dan l-ewwel stadju jintalbu sabiex jattendu intervista fi Sqallija. Aktar informazzjoni dwar dan l-impieg tista’ tinkiseb bil-miktub mingħand Dott.ssa Lucia Di Fatta, li hija responsabbli minn din is-sejħa, fuq dan l-indirizz ta’ email: lucia.difatta@regione.sicilia.it jew billi tiġi kkuntattjata fuq in-numru 0039 091/7070059.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984