DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IT-TNEDIJA TAD-DOKUMENT TAR-RIFORMA TAL-MEPA - BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA – IL-ĦAMIS, 9 TA’ LULJU 2009
| Jekk kien hemm wegħda elettorali li fuqha kien | hemm stennijja kbira din żgur kienet dwar ir-riforma fil-MEPA. Matul l-aħħar kampanja elettorali jiena kont wiegħedt li jekk ningħata l-mandat ta’ Prim Ministru mill-poplu, jien kont se nieħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi l-MEPA fejn kont beħsiebni nwettaq riforma sħiħa ta’ din l-entità. U llum qiegħed inpoġġi din il-wegħda quddiemkom! Irrid nistqarr ukoll li nħoss li din kienet waħda mill-aktar riformi diffiċli li l-Gvern li jiena mmexxi ħadem fuqhom. U għalhekk flejna bir-reqqa dak kollu li dawk li kellhom xi interess f’din l-organizzazzjoni kellhom biex kif jgħid il-Malti, inqisu mitt darba imma naqtgħu darba. |
| Il-MEPA mhix organizzazzjoni żgħira jew waħda li | għandha xi forma ta’ xogħol ristrett. Il-MEPA topera f’settur li jeffettwa lilna lkoll u għalhekk kien importanti li nikkonsultaw kemm jista’ jkun. Nifhem li kien hawn min kien xi ftit diżappuntat li r-riforma damet ma’ tħabbret. Għalija l-iżjed ħaġa importanti kienet li nisma’ lil kulħadd: |
| permezz ta’ laqgħat formali | mall-korpi kostitwiti; |
| permezz ta’ laqgħat | mal-impjegati tal-MEPA; |
| billi xtarrejna rapporti li | ntbagħtulna minn numru ta’ għaqdiet; |
| billi qrajna dak li kien qiegħed | jiġi stampat fil-ġurnali u x’kienu s-suġġerimenti u lmenti tal-poplu in ġenerali. |
| Li nisma’ kien punt kruċjali biex nasal | bir-riforma li qiegħed nipproponi llum. Jiena konvint li ħadd ma jista’ jgħid li ma kkonsultajniex biżżejjed. Però biex nagħti opportunità tal-aħħar lil min irid jikkontribwixxi irrid inħabbar li ser norganizzaw konferenza nazzjonali biex nisimgħu r-reazzjonijiet għall-proposti tagħna. Sa kemm issir din il-konferenza ser ikun hemm l-opportunità biex jintlaqgħu suġġerimenti bil-miktub. |
| Nifhem illi mill-Press Briefing li | għadkom kif ingħatajtu, issa qegħdin f’pożizzjoni aħjar biex tifhmu r-riforma mil-lat tekniku. Tajjeb li nagħti ftit kuntest għal dak li ħejjejna. Ir-riforma hija msejsa fuq erba’ pilastri prinċipali: |
· Konsistenza;
· Effiċjenza;
· Kontabbiltà;
· Infurzar.
| Dawn il-pilastri ħarġu mill-isfidi li s-soċjetà, | fil-vesti kollha tagħha, poġġiet quddiemi. Huwa għalhekk li nħoss li din ir-riforma hija importanti għall-individwu u għall-pajjiż. Hija importanti għall-individwu mhux biss għaliex għandna settur ta’ kostruzzjoni attiv, mhux għax ħafna nies iqisu l-proprjetà bħala l-akbar investiment tagħhom, imma wkoll għaliex l-iżvilupp jista’ jeffettwa liċ-ċittadin. U fil-qalba ta’ din ir-riforma qegħdin inpoġġu sew liċ-ċittadin li tixraqlu kull protezzjoni tal-proprjetà u l-ambjent tiegħu, imma wkoll lil dawk li joperaw fis-settur tal-kostruzzjoni u li għandhom flushom investiti f’dan is-settur. Dawn ukoll jixraqilhom li jkunu jafu fejn u kif jistgħu jkomplu joperaw f’dan is-settur. |
| Il-MEPA tiġi kkritikata fuq in-nuqqas ta’ | konsistenza. Dan jiena nifhmu u rrid li nsibu soluzzjoni biex kulħadd ikun jista’ jara b’mod ċar kif ittieħdu d-deċiżjonijiet u jinqatgħu dawk il-każi fejn policies jiġu applikati b’modi differenti. Huwa dan li jnaqqas il-fiduċja tan-nies fil-MEPA. Għaldaqstant, mingħajr ma’ nidħol fid-dettalji tekniċi, ħassejna l-importanza li: |
· nassumu r-responsabbiltà għall-politika dwar l-ambjent u l-ippjanar biex nassiguraw li din il-politika titfassal wara li nkunu smajna lil kulħadd u wara li nkunu evalwajna l-proposti li joħorġu f’qafas ta’ żvilupp sostenibbli – jiġifieri li l-evalwazzjoni ssir fuq bażi ekonomika, soċjali u ambjentali;
· insaħħu l-involviment tal-għaqdiet mhux governattivi u s-soċjetà ċivili fuq il-bord tal-MEPA billi nappuntaw wieħed mill-membri indipendenti minn fost dawn l-għaqdiet;
· nirrikonoxxu aktar l-importanza tal-wirt kulturali ta’ pajjiżna li jekk jiġi mittiefes jintilef għal dejjem u b’hekk inkomplu nsaħħu l-Bord tal-MEPA permezz ta’ espert minn dan il-qasam;
· nassumu politika ta’ zero tolerance fuq żviluppi ODZ. Irrid inkun ċar illi dan ma jfissirx li ma jsir l-ebda żvilupp f’dawn iż-żoni imma li jkun limitat għal dawk l-attivitajiet li m’humiex kompatibbli mal-iżvilupp f’żoni urbani. Għaldaqstant se nistudjaw l-applikazzjonijiet ODZ ta’ dawn l-aħħar snin u d-deċiżjonijiet li ttieħdu fuqhom biex nirrevedu l-politika tal-MEPA fuq l-ODZ. Dawn il-proposti ser jitressqu lill-Kumitat tal-Kamra dwar l-Ippjanar għal diskussjoni wiesgħa, kif ukoll ser ikunu suġġetti għal skrutinju u konsultazzjoni pubblika;
| Irrid nelabora ftit fuq dan | il-punt li tant huwa importanti għalija. Il-preservazzjoni tal-ambjent naturali huwa kruċjali għax inħoss li dan illum sar parti mill-wirt naturali tagħna li rridu ngħożżu biex mhux biss ingawduh aħna imma wkoll ngħadduh lil ta’ warajna. Iżda jien ukoll konxju tal-iżvilupp li qegħdin naraw illum u l-bżonn ta’ art biex insostnu dawk l-industriji li jridu jiġu hawn Malta jew dawk li jridu jespandu l-operat tagħhom biex ikattru l-ġid tal-pajjiż. |
| Għaldaqstant l-importanza li | nieħdu deċiżjonijet mill-lenti ta’ żvilupp sostenibbli. U l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp iridu jiġu mixtarra minn din il-lenti. Filwaqt li lesti nikkunsidraw żvilupp f’ODZ li mhux kompatibbli ma’ żvilupp f’żoni urbani, per eżempju żvilupp agrikolu jew industrijali, m’aħniex lesti li naċċettaw iżjed żvilupp li faċilment seta’ sar f’żoni urbani. Matul dawn l-aħħar snin rajna li l-limiti fuq iż-żoni ta’ żvilupp wasslu għal żvilupp ta’ natura ta’ redevelopment f’żoni urbani. Konxji wkoll li hawn numru ta’ vacant dwellings. Dan jagħmlilna kuraġġ biex inżommu iebes dwar żvilupp li jkun permess f’żoni ODZ li seta’ allura ġie akkomodat f’żoni urbani. |
· Ser inwaqqfu 2 DCCsfull-time biex dawn ikunu esklussivament iffukati fuq it-teħid ta’ deċiżjonijet dwar applikazzjonijiet ta’ żvilupp. Iċ-Chairperson ta’ kull DCC ser ikun Deputat Chairperson fuq il-Bord tal-MEPA biex ikun hemm aktar konsistenza bejn dawn iż-żewġ livelli. Dan se joffri l-opportunità li l-partijiet interessati kollha jkunu jistgħu jagħmlu s-sottomissjoni tagħhom quddiem dawn l-istess DCCs;
· Il-Bord tal-Appell ukoll ser jiġi mwaqqaf fuq bażi full-time u kostitwit b’mod li jirrifletti l-kompożizzjoni tad-DCCs biex dan jeżamina l-appell minn lat tekniku.
| It-tieni pilastru li fuqha hija msejsa din | ir-riforma hija l-effiċjenza. Nifhmu illi l-klijenti tal-MEPA iridu jkunu jafu it-terminu ta’ żmien li jridu jistennew biex ikollhom deċiżjoni. Bla dubju ta’ xejn l-ikbar bidla li qegħdin nipproponu hija t-tneħħija ta’ dak li jgħidulu chess clock timing. Dan jiġifieri illi dak li qiegħed jiġri bħalissa, fejn iż-żmien stipulat bil-liġi jitwaqqaf meta l-awtorità ssaqsi għal aktar informazzjoni minn għand l-applikant. Irridu naslu għal sistema li meta tiġi validata applikazzjoni, kulħadd ikun jaf meta ser tittieħed id-deċiżjoni. |
| Għaldaqstant, biex ngħinu lill-applikant ifassal | applikazzjoni li tkun konformi mal-policies il-MEPA ser toffri proċess volontarju ta’ initial screening biex jiġu identifikati anomaliji li jekk jittranġaw jistgħu jħaffu l-proċess ta’ deċiżjoni. Dan l-iscreening ser ikun dokumentat u jitla’ mad-DPAR quddiem id-DCCs biex dawn ikunu jafu l-proċess kollu li jkun sar. |
| Biex insaħħu dan it-tibdil kruċjali hemm numru | ta’ miżuri oħra fosthom: |
· Jitneħħa l-proċess ta’ Reconsideration;
· Tingħata possibbiltà li f’dawk il-każi li l-iżvilupp imur kontra l-policies b’mod ċar jitfassal DPAR Sommarju li jipproponi lid-DCC li l-iżvilupp jiġi rifjutat;
· Il-tletin ġurnata li jingħataw lill-istakeholders biex jikkummentaw fuq l-applikazzjonijiet jiġi nfurzat bi sħiħ. Ma jistgħax ikun li ċertu dewmien jirriżulta minn dewmien minn xi entitajiet biex jirrispondu.
| Tibdila importanti oħra hija l-eliminazzjoni ta’ | permessi Outline. Ma jagħmilx sens li jingħata ‘permess’ fuq xi ħaġa li m’hix approvata fit-totalità tagħha u li tista’ tkun suġġetta għal tibdil. Madanakollu nifhmu li żviluppatur ikun jixtieq li jkollu idea ta’ kif jista’ jiżviluppa l-art tiegħu. Konxji minn dan ser indaħħlu l-kunċett ta’ Environment and Planning Brief li jista’ jintalab minn żviluppatur lill-MEPA fejn jiġu stabbiliti l-parametri u studji prinċipali li dak l-iżvilupp irid iħares. Kif qegħdin taraw, qegħdin indaħħlu l-kriterji ambjentali fil-bidu nett tal-proċess, sinjal ieħor tas-sensittività u l-impenn tagħna lejn il-ħarsien tal-ambjent. |
| Marbut ukoll mal-ambjent qegħdin nipproponu | tisħiħ fil-proċess tal-EIA. B’dispjaċir ninnota li l-fiduċja f’dan il-proċess, li huwa wieħed intiż biex iħares l-ambjent ta’ madwarna, huwa baxx. Li ser nagħmlu huwa li nassiguraw li l-liġi dwar l-EIAs ikun fiha t-Terms of Reference li titlob id-Direttiva tal-UE. Dan biex ħadd ma jgħid li jingħataw Two Rs differenti għall-proġetti varji. Però nifhmu li ċerta żviluppi jista’ jkollhom bżonn ta’ studji speċjalizzati minħabba fatturi ambjentali ta’ sensittività maġġuri. Għaldaqstant, il-fażi ta’ Scoping, li huwa teknikament pass ta’ good practice, fejn jiġu evalwati l-istudji li l-aħjar isiru għal dak l-iżvilupp, ser jiġi msaħħaħ billi l-MEPA ser toffri ruħha biex tgħin lil dawk l-iżviluppaturi li jixtiequ jinvolvu l-Awtorità f’dan l-istadju bikri. Dan biex mill-ewwel l-applikant ikun jaf l-istudji kollha li hemm bżonn u ma jkunx hemm dewmien fl-analiżi tiegħu meta dan jiġi komplut. Ser indaħħlu obbligu ta’ monitoraġġ tal-parametri li fl-EIA jiġu identifikati. Dan għal żewġ għanijiet: |
· Biex nagħtu sodisfazzjon lis-soċjetà; u
· Biex nirresponsabbilizzaw lill-konsulenti fix-xogħol li jagħmlu.
| Dan il-proċess ser ikun allaċċjat | mar-reġistrazzjoni tal-konsulenti tal-EIAs u t-tiġdid tar-reġistrazzjoni tagħhom. |
| Fl-aħħar nett irrid ngħid ukoll li din | ir-riforma se tara downsizing tar-responsabbiltajiet tal-MEPA biex din tkun tista’ tiffoka aħjar fuq iż-żewġ oqsma prinċipali tal-ambjent u l-ippjanar. Ir-responsabbiltajiet li ser jitneħħew mill-MEPA huma dawn: |
· L-ippjanar relatat mat-trasport li ser jgħaddi għand l-awtorità dwar it-trasport;
· Ir-riżorsi minerali li sejrin jgħaddu għand l-MRA;
· It-tibdil fil-klima li ser jgħaddi għand l-MRRA;
· L-infurzar tal-immaniġjar tas-siti ta’ kostruzzjoni li ser jgħaddu fi ħdan l-MRRA;
· Ir-regolamenti tal-littering li ser jiġu delegati lill-Kunsilli Lokali.
| L-aktar riforma li tispikka għalija fil-pilastru | tal-kontabbiltà hija dik fejn minn flok l-Awditur li hemm fil-MEPA nwaqqfu Planning Ombudsman fl-uffiċċju tal-Ombudsman stess biex nagħtu l-ogħla livell ta’ indipendenza u skrutinju lil din l-istituzzjoni. Biex insaħħu l-istrutturi interni fil-MEPA ser inwaqqfu funzjoni ta’ Internal Audit li tirrapporta direttament lill-Bord. Din il-funzjoni trid tħares l-interessi tal-klijenti kollha tal-MEPA u lill-istakeholders tas-soċjetà tagħna biex tassigura li d-drittijiet tagħhom qegħdin jiġu rispettati u biex l-operat tal-MEPA jkun tassew effiċjenti, konsistenti u li kulħadd ikun kontabbli. |
| Irridu nipproteġu lis-sidien tal-art minn | żvilupp irresponsabbli minn parti terzi. Għaldaqstant il-formola tal-applikazzjoni ser tiġi emendata biex ikun hemm dikjarazzjoni tal-applikant li s-sid tah il-kunsens tiegħu għal dak l-iżvilupp. Madanakollu ma rridux noħonqu jew nipperikolaw ċerta tipi ta’ applikazzjoni u allura dan il-provvediment ser ikun sospiż f’każ ta’ strutturi perikolużi jew għal proġetti nazzjonali. Irridu wkoll nagħtu aċċess lil kulħadd biex ikun jaf il-kontenut ta’ applikazzjoni u għalhekk ser nintroduċu dikjarazzjoni fejn l-applikant jawtorizza s-sospensjoni tal-provvedimenti tal-Att dwar il-protezzjoni tad-data. |
| Inħossu d-dover u r-responsabbiltà li nipproteġu | lil dawk li joqgħodu fil-qrib ta’ żvilupp propost u għalhekk ser nobbligaw lill-applikant biex jibgħat avviż permezz ta’ ittra rreġistrata bl-informazzjoni dwar l-iżvilupp lir-residenti tal-viċinanzi. B’hekk nassiguraw li verament kulħadd ikun infurmat. Ser ukoll nitfgħu r-responsabbiltà għat-twaħħil u l-manutenzjoni tas-site notice fuq l-applikant biex ma jkunx hemm skużi li din tneħħiet b’xi att ta’ vandaliżmu. |
| Nasal għall-aħħar pilastru – dak dwar | l-infurzar. Nemmen li hemm bżonn li nsaħħu dak li wettaqna sa issa. Hemm bżonn li kulħadd jifhem li ma jistgħax jabbuża mis-sistema. Irridu niffukaw b’aktar qawwa fuq l-infurzar tal-permessi kif approvati kif ukoll dwar permessi ta’ natura ambjentali. Għaldaqstant inħossu li jkun ġustifikat li nwaqqfu Direttorat għall-Infurzar biex dan ikollu aktar qawwa biex jopera u jagħmel id-differenza. Irridu li dan id-direttorat jisma’ l-ilmenti tan-nies u jinvestigahom. Irridu lil dan id-Direttorat jibni relazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali biex dawn ikunu l-għajnejn u l-vuċi taċ-ċittadin li jqarribhom aktar lejn il-MEPA. |
| Naħseb illi din ir-riforma hija waħda mill-aktar | riformi importanti tal-pajjiż. Riforma li teffettwa ħafna nies fuq livell ekonomiku, soċjali u ambjentali. Irridu nassiguraw li l-MEPA tkun aktar sensittiva lejn dawk l-atturi kollha li huma nvoluti fl-oqsma tal-ambjent u l-ippjanar. Irridu li kull impjegat jagħraf li għandu jew għandha dover lejn is-soċjetà għax fl-aħħar mill-aħħar qiegħda titħallas mill-istess soċjetà. Inħoss li għaldaqstant ikun importanti li minn issa stess infassal miri li nistenna li l-MEPA tilħaq biex tassew nuru d-differenza li qiegħda tagħmel din ir-riforma. Dawn huma: |
1. Li almenu 70% tal-applikazzjonijiet kollha jiġu pproċessati fi żmien kif stipulat mill-liġi, jiġifieri ta’ 12 jew 26 ġimgħa konsekuttivi;
2. Li 90% tal-caseload eżistenti tiġi eliminata sa tmiem is-sena 2012;
3. Li 90% tal-Appelli kollha pendenti jinqatgħu sa tmiem is-sena 2012.
| Dawn il-miri ser jintrabtu mall-performance | bonus tal-impjegati. |
| Il-pass li jmiss. Illum stess qiegħed inħabbar | li l-egħluq ta’ dan il-proċess ser isir wara Konferenza Nazzjonali li ser tissejjaħ biex jinstemgħu proposti oħra li jista’ jkun hemm. Sa kemm titlaqqa’ din il-Konferenza Nazzjonali, kulħadd huwa mistieden li jibgħat is-suġġerimenti tiegħu lill-Uffiċċju tiegħi. Kif għamilna matul dawn l-aħħar erbatax-il xahar, aħna ser nistudjawhom u jekk insibuhom li jagħmlu sens, m’għandna l-ebda problema li ninkluduhom. Però, wara l-Konferenza Nazzjonali jinżel is-siparju fuq il-konsultazzjoni u jitla’ dak tal-implimentazzjoni. |
| Il-fażi ta’ implimentazzjoni trid tibda | immedjatament jekk irridu li din ir-riforma tirnexxi. Is-suċċess ta’ din ir-riforma ma tiddependix biss fuq dan id-dokument. Huma l-atturi kollha nvoluti fil-proċessi relatati mal-ambjent u l-ippjanar li jridu jagħmlu din ir-riforma suċċess. Għalhekk nappella: |
– lill-impjegati kollha tal-MEPA biex iħaddnu din ir-riforma. Dawn huma l-aktar ħolqa importanti għas-suċċess ta’ dan il-proġett. Iridu jifhmu li filwaqt li huma professjonisti għandhom id-dmir li jiddjalogaw mall-klijenti kollha għax wara kollox huma l-wiċċ tal-MEPA;
– lill-applikanti, biex jużaw l-opportunitajiet li qegħdin nagħtu biex l-applikazzjonijiet ikunu kemm jista’ jkun skond il-policy mas-sottomissjoni;
– lill-dawk li jkollhom xi oġġezzjoni, biex jagħmlu dan bl-aktar mod ċivili u oġġettiv;
– lill-NGOs u stakeholders interessati, biex tkomplu tgħinuna bis-suġġerimenti tagħkom;
– lill-dawk li jingħataw xi permess, biex jintrabtu mall-provvedimenti tiegħu biex innaqqsu l-bżonn ta’ infurzar;
– lill-Periti, biex ikunu leali lejn il-klijenti, jirrispettaw lill-uffiċjali tal-MEPA u biex huma wkoll jużaw l-opportunitajiet li qiegħda tagħtihom din ir-riforma.
Irridu nkunu poplu wieħed f’din ir-riforma u għalhekk użajna l-frażi “Fl-interess tiegħek, fl-interess nazzjonali”. Dan għax nemmnu li mingħajr is-suġġerimenti tagħkom ma kienx ikollna dak li għandna llum u mingħajr l-appoġġ tal-poplu kollu ma nistgħux naslu biex inwettqu din ir-riforma.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984